SEHEM ĠDID GĦALL-PARLAMENT FL-ISKRUTINJU TAL-LIĠIJIET L-ĦIDMA TAL-UNJONI EWROPEA
pr2149
12/12/2009
| L-iSpeakers Ewropej ser jaħdmu biex | jassiguraw li l-Parlamenti Nazzjonali fi ħdan l-Unjoni Ewropea jeżerċitaw b’mod sħiħ u effettiv id-drittijiet ġodda li kisbu bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru. Dan l-impenn ġie konfermat f’Konferenza Straordinarja li l-Presidenza Svediża tal-UE sejħet fi Stokkolma fil-11 u 12 ta’ Diċembru, 2009. Il-Parlamenti Malti kien rappreżentat mill-iSpeaker Dr Louis Galea. |
| Il-Konferenza tal-iSpeakers tal-UE ġiet | preseduta mill-iSpeaker Per Westerberg tal-Parlament Svediż. Fil-Konferenza ħadu sehem Speakers u Presidenti ta’ Parlamenti Nazzjonali tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru tal-UE u ta’ tliet pajjiżi kandidati, flimkien mal-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek. Is-suġġett tal-Konferenza kien l-irwol il-ġdid li għandhom il-Parlamenti Nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. |
| Fi tliet workshops l-iSpeakers iddiskutew | x’mezzi u xi proċeduri ser jużaw għall-iskrutinju effettiv tal-leġislazzjoni u tal-ħidma tal-UE, speċjalment fejn jidħol il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ġew diskussi wkoll il-koordinament tal-laqgħat inter-parlamentari u l-moniteraġġ tal-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja. L-iSpeakers qablu wkoll li jsaħħu l-metodu elettroniku ta’ skambji inter-parlamentari u mal-Parlament Ewropew permezz tas-sistema IPEX. Il-Konferenza tal-iSpeakers Ewropej ser terġa’ tiltaqa’ f’Mejju 2010, biex tevalwa r-riżultati f’dan il-qasam. |
| L-iSpeakers Ewopej qablu li r-riżultati | pożittivi ser jiddependu kompletament minn kemm kull Parlament ser jimpenja ruħu bis-serjetà biex iwettaq l-obbligi u x-xogħol li ġabu magħhom dawn id-drittijiet ġodda. L-iSpeakers emfasizzaw li l-moniteraġġ u l-iskrutinju tal-liġijiet u l-ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej huwa obbligu tal-parlamentari kollha. Kull Parlament għandu jwettaq dan l-obbligu bl-għajnuna tal-Kumitat Permanenti responsabbli mill-affarijiet Ewropej. Il-Konferenza qablet li l-gvernijiet għandhom jikkoperaw mhux biss fid-djalogu meħtieġ, iżda wkoll billi jipprovdu l-finanzi meħtieġa sabiex jissaħħu l-mekkaniżmi li minnhom jiddependi t-twettiq tal-obbligi l-ġodda. |
| Fil-każ ta’ Malta dan ifisser tisħiħ effettiv | tal-appoġġ li jeħtieġ il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej preżentement presedut minn Dr Michael Frendo u li jinstabu l-finanzi meħtieġa biex jiġi maħtur ir-Rappreżentant Permanenti tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew fi Brussel. It-Trattat jipprovdi li l-proċess ta’ skrutinju tal-liġijiet u l-inizjattivi tal-UE irid jitwettaq f’perjodu ta’ mhux aktar minn tmien ġimgħat minn meta l-Parlament jirċevi kopja tagħhom. |
| L-iSpeaker Louis Galea qal li r-rappreżentanti | eletti tal-poplu Malti u Għawdxi issa kisbu drittijiet ġodda ta’ skrutinju fuq il-liġijiet u l-inzjattivi tal-UE kif jipprovdi t-Trattat. L-iSpeaker sostna li “Dan iġib miegħu responsabiltajiet ġodda għall-parlamentari kollha tagħna, speċjalment għall-Membri tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Din l-isfida għandha tħeġġeġ lill-parlamentari Maltin sabiex jaġġornaw u jġeddu l-istituzzjoni u l-prattiċi tal-Parlament tagħna”. |
| Louis Galea sostna li l-Parlament Malti issa | huwa rinfaċċat b’għażla bejn żewġ xenarji: Jew li l-Parlament Malti jikseb spinta qawwija u ġenwina biex iwettaq ir-riforma li hemm bżonn fi ħdanu stess u jaħtaf l-opportunità ta’ rappreżentanza aktar effettiva sew fuq livell nazzjonali kif ukoll Ewropew; Jew jitfixkel u jaqta’ nifsu b’mod li jonqos mid-dmirijiet fondamentali li ġġib magħha r-rappreżentanza fdata lilu mill-poplu li eleġġih. “Jien determinat li flimkien ma’ sħabna Membri Parlamentari taż-żewġ naħat fi ħdan il-Kumitat Magħżul inwasslu l-Parlament Malti biex fis-sena 2010 jadotta bidliet meħtieġa li jġeddu l-patt demokratiku li l-parlament għandu mal-poplu Malti,” sostna Louis Galea. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990