Left arrow Mur Lura

Tliet skejjel ippremjati ghall-Progetti taghhom fl-inizjattiva ‘Aghmel Switch’ favur l-uzu ahjar tal-energija

pr2147
Date Icon 11/12/2009
Erbgħau tletin (34) skola primarja pparteċipat fil-kompetizzjoni Agħmel Switch bħala parti mill-kampanja edukattiva Switch dwar użu aħjar tal-enerġija.  Il-kompetizzjoni kienet imnedija għall-iskejjel primarji kollha f’Ottubru, bil-għan li trawwem lill-istudenti jagħmlu l-aħjar użu tal-enerġija u joħorġu b’ideat u inizjattivi fl-iskejjel tagħhom stess. Għal din il-kompetizzjoni, l-istudenti setgħu joħolqu kemm tpinġijiet, posters u strutturi, kif ukoll ġew imħajra joħolqu inizjattivi oħra bħal attivitajiet fejn jinvolvu lill-ġenituri u l-komunità.
Tliet skejjel li ressqu l-aħjar proġettimarbutin mal-użu għaqli tal-enerġija ġew ippremjati mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said waqt attività  li saret fil-kulleġġ Santa Clara f’Pembroke, fejn fiha, l-inizjattivi tal-istudenti ġew esebiti.
It-tliet skejjel huma l-iskolaSt. Francis f’Bormla, il-Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja Rabat, u l-Kulleġġ Santa Margerita, Skola Primarja B, Ħaż-Żabbar. Kull skola rebbieħa rċeviet Solar Water Heater.
DrSaid feraħ lill-istudenti kollha li pparteċipaw f’din l-inizjattiva li qiegħda twassal  messaġġ sinifikanti dwar il-livell qawwi ta’ kuxjenza ambjentali li teżisti fl-iskejjel. “Il-fatt li kompetizzjoni waħda, organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, rat parteċipazzjoni qawwija, u l-fatt li tant inizjattivi qegħdin jittellgħu kontinwament permezz tal-Ekoskola, inizjattivi privati u permezz tal-għalliema ħabrieka tagħna, huwa xhieda ta’ impenn qawwi favur l-użu għaqli tal-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent tagħna”.
Il-Kompetizzjoni Agħmel Switch għażlet lima torbotx l-iskejjel bi kriterji stretti u dettaljati. Ġew enfasizzati l-kreattività u l-innovazzjoni tal-iskejjel u l-istudenti biex jistimulaw ideat ġodda u attreanti. L-istudenti pparteċipaw bi ħġarhom u ħolqu  diversi tpinġijiet u posters sbieħ u kkuluriti b’messaġġi qawwija ħafna. Ħolqu wkoll mudelli magħmulin b’sengħa kbira, b’ħafna minnhom jaħdmu, kif ukoll ippreżentaw powerpoints interessanti, poeżiji, kant u reċti. Dr Said qal li l-evalwaturi żaru diversi skejjel biex jiflu l-ideat tal-għalliema u l-istudenti u raw għexieren ta’ prattiċi tajbin.
Fil-weekendli ġej, ix-xogħol li sar mill-iskejjel li pparteċipaw fil-kompetizzjoni Agħmel Switch se jiġi esibit fil-Kulleġġ Santa Klara, Skola Primarja Pembroke bħala parti mill-attivitajiet tal-Open Weekend u Christmas Village, marbuta mal-ftuħ uffiċjali tal-iskola l-ġdida.
Is-Segretarju Parlamentari ChrisSaid stqarr li ntgħażlet l-iskola primarja ġdida ta’ Pembroke minħabba l-investiment  kbir li sar fl-użu tal-enerġija alternattiva. L-iskola primarja ta’ Pembroke hija l-ewwel binja f’Malta li ma tirċevix kont tad-dawl u li tiġġenera aktar elettriku milli għandha bżonn, b’mod li trodd l-elettriku żejjed lill-pajjiż. L-iskola għandha l-ikbar sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi fuq binja tal-Gvern, li tiġġenera sa 36,000 unit tal-elettriku fis-sena. “Il-binja tal-iskola primarja ta’ Pembroke timxi id f’id mal-kuxjenza li qed nippruvaw inrawwmu fl-iskejjel tagħna. L-edukazzjoni li qed tingħata fl-iskejjel trid tintrabat ma’ politika favur l-enerġija fl-aspetti kollha tagħha”,  temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Said.
Matul din l-attività li għaliha attendew diversistudenti flimkien mal-għalliema tagħhom u anke ġenituri, l-iskejjel ingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u ttellgħu numru ta’ attivitajiet artistiċi relatati mat-tema tal-enerġija.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow