Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali:  Il-Monument tal-Vittmi tas-Sette Giugno marbut intrinsikament mal-istorja tal-Parlament

pr2146
Date Icon 11/12/2009
Il-Monument tal-Vittmi tas-SetteGiugno marbut intrinsikament mal-istorja tal-Parlament
Filwaqt li l-maġġoranza kbiratal-poplu Malti u Għawdxi tinsab entużjasta u qed tgawdi l-proġett ta’ titjib li sar fi Pjazza San Ġorġ, l-Oppożizzjoni għadha għaddejja tirrepeti l-istess argumenti u dan minkejja dikjarazzjonijiet ċari u pubbliċi li saru fl-aħħar ġimgħat.
L-Oppożizzjoni qed tirrepetiargumenti li ġa ġew imwieġba u ċċarati.  Il-fatt hu li l-Gvern għandu kull rispett lejn il-vittmi tas-Sette Giugno u jemmen li l-ġrajjiet storiċi jikkonfermaw li dan il-monument għandu rabta intrinsika mal-istorja tal-Parlament.  Għalhekk kien deċiż li dan il-monument ikun inkorporat fil-pjanti li ser ikunu sottomessi għal Bieb il-Belt u għas-sit tal-Parlament il-ġdid fi Pjazza Ħelsien.  Fil-frattemp, u kif ġa ingħad, il-monument qed jinżamm f’imħażen tat-Taqsima tax-Xogħlijet fl-Imrieħel u qed isirulu wkoll xogħlijet ta’ tindif u manutenzjoni.
Minbarra n-numru kbir ta’dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru f’dan ir-rigward, Roderick Galdes, bħala impjegat u membru tal-Bord tal-MEPA, messu jaf ukoll li l-Gvern diġa’ kiteb lill-MEPA u kkonferma din l-intenzjoni.  Fil-fatt, minbarra l-ittra li ntbagħtet fit-3 ta’ Diċembru 2009, u li ssemmiet fil-laqgħa tal-Bord tal-MEPA tal-bieraħ, 10 ta’ Diċembru u li għaliha kien preżenti Galdes, il-Gvern reġa’ kiteb lill-MEPA l-bieraħ stess u b’mod mill-aktar ċar reġa’ ddikjara li hi l-intenzjoni tal-Gvern li jissottometti pjanta emendata ta’ Pjazza San Ġorġ hekk kif ikunu sottomessi l-pjanti għal Bieb il-Belt u għas-sit tal-Parlament il-ġdid fi Pjazza Ħelsien.
Madanakollu, Roderick Galdesgħażel li dan kollu jinjorah u għadu jipprova jiggranfa ma’ xi  skuża f’tentattiv iddisprat ta’ Oppożizzjoni li ma tiflaħx tara proġetti tal-Gvern jitlestew fil-ħin, li jwasslu biex jitgawdew min-nies infushom u biex il-poplu kollu jgawdi minn kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow