Miljun biljett mibjugh permezz ta’ www.airmalta.com
pr2144
11/12/2009
Permezz tal-portal www.airmalta.com il-kumpanija Air Malta għadha kif biegħet il-miljun biljett tagħha sa mill-introduzzjoni tal-website il-gdida f’April 2007. Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt diskors fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Ħaddiem tas-Sena tal-Air Malta li ntrebaħ minn Claudine Debattista.
| Il-Ministru Tonio Fenech spjega li | ftit snin ilu, il-kumpanija faċilment setgħet ħadet deċizjoni biex tibqa’ tbiegħ il-biljetti tagħha permezz tas-sistemi tradizzjonali biss u ma tidħolx f’dan il-qasam li kien jirrikkjedi tibdil sostanjali fl-operat tal-kumpanija. Huwa faħħar l-investiment li għamlet l-Air Malta fit-teknologija l-ġdida sabiex toffri servizzi dejjem aħjar lill-klijenti taghha u tibqa’ rilevanti fl-industrija diffiċli ta’ l-avjazzjoni. |
| Huwa | rrefera għall-35 anniversarju mill-ewwel titjira li l-kumpanija qed tiċċelebra din is-sena, fejn qal li l-Air Malta hija ass strategiku importanti għall-izvilupp ta’ l-ekonomija Maltija. “Hija strumentali kemm għall-industrija tat-turiżmu kif ukoll għall-industrija tal-manifattura lokali li permezz ta’ l-Air Malta għandha firxa wiesgħa ta’ distribuzzjoni f’diversi pajjiżi.” |
| Tonio Fenech ta ħarsa lejn is-sena d-dieħla fejn | l-Air Malta se tkompli tilqa’ għall-isfidi li hemm quddiemha u fejn mistenni tkompli tagħti kontribut lit-turiżmu f’pajjiżna, billi żżid it-titjiriet taghha b’10 fil-mija lejn is-swieq importanti tal-Germanija, Franza u l-Italja. Lejn dawn id-destinazzjonijiet, l-Air Malta mistennija żżid 9 titjiriet ġodda fil-ġimgħa b’kapacità li ġġorr aktar minn 75,000 aktar turisti minn dawn l-pajjiżi. Mis-sajf li ġej ser tibda topera ukoll zewġ destinazzjoni ġodda fl-Italja: lejn Turin u Genova. |
| Min-naħa tiegħu, ic-Chairman tal-Air Malta, | is-Sur Lawrence Zammit spjega li permezz tal-ħidma eżemplari tagħha, speċjalment fin-negozjati tagħha mal-aġenti tal-groundhandling barranin, Claudine Debattista rnexxiela ġġib l-aħjar kundizzjonijet għall-Air Malta. U b’sens ta’ sagrifiċċju personali u b’motivazzjoni kbira, ħadmet sigħat twal ta’ xogħol barra l-ħin normali tagħha. |
| Lawrence Zammit spjega li din hi l-ewwel darba | li qed issir preżentazzjoni ta’ dan it-tip fl-Air Malta. Dan juri l-importanza dejjem tikber li l-kumpanija qed tagħti lill-impjegati tagħha. Fil-fatt din is-sena d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani nieda diversi proġetti biex itejjeb u jiffaċilita l-komunikazzjoni ma’ u bejn l-impjegati, fosthom website tal-intranet ġdida tal-impjegati, newsletter gdida, u skema tas-suġġerimenti tal-ħaddiema fost oħrajn. Id-dipartiment vara wkoll sistema elettronika ta’ self service minn fejn l-impjegati jkollhom access ghal diversi servizzi relatati mal-impjieg tagħhom fosthom l-applikazzjoni tal-leave, id-dettalji tal-paga u oħrajn, biex tkompli żżid l-effiċjenza u l-kwalità tal-ħidma tal-istaff fuq il-post tax-xogħol. |
| Minn | naħa tagħha, Claudine Debattista sellmet lil dawk kollha li apprezzaw l-isforzi tagħha u b’hekk innominawha għal dan il-premju prestiġġjuż li qed jingħata għall-ewwel darba fl-Air Malta. Hi nkoraġġiet lill-ħaddiema kollha biex jagħtu s-sehem tagħhom u jkunu dejjem għas-servizz tal-passiġġier. Fl-aħħarnett irringrazzjat liċ-Chairman, ic-CEO u l-Bord tal-Għażla tal-fiduċja li wrew fiha u rrikkonoxxew il-ħidma tagħha. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990