Left arrow Mur Lura

Interess tajjeb fl-iskema ta’ tnaqqis tal-interessi u l-multi – l-aħħar ġimgħa ċans biex tissottometti l-formola tiegħek

pr2142
Date Icon 11/12/2009
Kien hemm interesstajjeb fl-iskema ta’ tnaqqis tal-interessi u l-multi mћabbra mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimenti fl-4 ta’ Settembru; u b’kollox, huwa kkalkulat li s’issa kienu sottomessi aktar minn 20,000 formola sas-7 ta’ Diċembru 2009.
Dawk it-taxpayers lijagћżlu li jidћlu fl-iskema jistgћu jkunu ntitolati gћal tnaqqis ta’ 90% tal-interessi u l-multi, kemm-il darba jħallas it-taxxa li għandu dovuta għas-snin bazi 1998 sa 2007, filwaqt li jekk ikollu x’jagћti dwar is-snin ta’ qabel jista’ jiffranka 25% tal-bilanċ.
L-ewwel fażi, dik ta’sottomissjoni tal-formoli, tagћlaq nhar l-Erbgħa 16 ta’ Diċembru. Dan ifisser li min għandu xi formoli neqsin għas-snin 1998-2007 irid jibgħathom sa din il-ġurnata, inkella ma jkunx intitolat biex jieħu sehem fl-iskema. Wara dan, id-dipartiment se jibgħat tax statements aġġornati kif ukoll notifika bit-taxxa li trid titћallas jekk dak li jkun irid jidћol fl-Iskema.
Fil-jiem li gћaddew,kienu bosta li gћamlu kuntatt mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, billi ċemplu l-call centre, kitbu emails jew marru direttament fl-uffiċċji tat-Taxpayer Service. Hu stmat li b’kollox aktar minn 20,000 persuna ċemplu lill-call centre biex jistaqsu dwar l-iskema, intbagћtu 2,500 email filwaqt li 12,000 persuna marru direttament gћand id-Dipartiment.
Il-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech ћeġġeġ lil dawk li gћadhom ma ssottomewx il-formoli tagћhom biex jagћmlu dan sas-16 ta’ Diċembru gћaliex din hija opportunità ta’ darba, kemm gћat-taxpayers individwali kif ukoll gћall-kumpaniji biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagћhom.
Dan gћandujippermetti lill-Gvern jirkupra parti mit-taxxi dovuti lilu fuq ammont ta’ snin, biex b’hekk ikun jista’ jerġa’ jinvestihom f’oqsma ta’ benefiċċju gћal kulћadd, bћal edukazzjoni, is-saћћa, il-benefiċċji soċjali u l-infrastruttura ta’ pajjiżna, u se jgћin ukoll lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex jaġġorna r-records tiegћu fl-interess ta’ kull min juża dan is-servizz.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow