Left arrow Go Back

Bord tad-Diretturi tal-Awtorità l-ġdida għat-Trasport f’Malta

pr2140
Date Icon 11/12/2009
L-Att dwar l-Awtorità  għat-Trasport f’Maltajidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010 u minn dakinhar, din l-Awtorità tieħu l-funzjonijiet u poteri kollha li  jirregolaw it-trasport bl-art, bil-baħar u bl-ajru.
L-Awtorità ser tiġbor fi ħdanha r-rwoli lisal-lum kienu tal-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) għat-trasport bl-art u t-toroq, il-Malta Maritime Authority (MMA) għat-trasport bil-baħar u d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili (DCA) għat-trasport bl-ajru.  Il-konsolidazzjoni ta’ dawn ir-rwoli f’Awtorità waħda għandu l-għan li joħloq sinerġiji fir-regolamentazzjoni tas-settur tat-trasport u jibni qafas aktar effettiv fuq kull livell kif ukoll opportunitajiet għall-impjegati.
Il-Kabinett approva l-membri tal-Bordtad-Diretturi tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta li issa ser ikollha lis-Sur Mark Portelli bħala Chairman tagħha, flimkien ma’ għaxar membri oħra.
L-Awtorità l-ġdida  ser ikollha wkoll erba’‘Supervisory Committees’ li jiffukaw fuq l-attivitajiet prinċipali ta’ l-Awtorità .

·        Il-kumitat tal-affarijiet Marittimi ser ikollu lis-Sur Joe Degabriele bħala Chairman. 

·        Il-kumitat tal-affarijiet ta’ l-Avjazjoni ser ikollu lis-Sur Chris Grech bħala Chairman.

·        Il-kumitat tat-trasport bl-art ser ikollu lis-Sur Simon Vella bħala Chairman; u

·        l-kumitat tat-toroq u proġetti infrastrutturali  ser ikollu lis-Sur Jonathan Vella bħala Chairman.

KullChairman ta’ ‘Supervisory Commitee’ huwa wkoll membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità.
Il-membri l-oħra tal-Bord tad-Diretturi humaDavid Stellini, Louisa Bonello, Veronica Zammit Tabona, Helen Camilleri, Andrew Sacco u Chris Degiorgio.
Minbarra ċ-Chairmen imsemmija hawn fuq,is-‘Supervisory Commitee’ huma magħmulin ukoll minn Francesca Mamo u Alfred Aquilina fil-kumitat marittimu, Stephen Muscat u Malcolm Custò fil-kumitat tat-trasport bl-art u Sammy Rapa u Ray Busutill fil-kumitat dwar l-infrastruttura.
Ic-Chairman u d-diretturi ta’ l-Awtorità illumbdew serje ta’ laqgħat ma’ l-impjegati ta’ l-Awtorità  fuq kull livell. Laqgħat saru u ser ikomplu jsiru ukoll mal-Union Ħaddiema Maqgħudin li tirrappreżenta l-ħaddiema ta’ l-Awtoritàjiet fil-forma preżenti tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow