IL-BANDIERA L-ĦADRA MTELLGĦA FL-ISKOLA TAX-XEWKIJA
pr2139
10/12/2009
| Wara li pparteċipat fil-programm EkoSkola, li | hu koordinat minn Nature Trust (Malta) l-iskola Primarja tax-Xewkija ġiet ippremjata bil-Green Flag biex b’hekk hi t-tieni skola f’Għawdex li rebħet dan l-unur li s-sena l-oħra kien intrebaħ mill-iskola Primarja tax-Xagħra. |
| EkoSkola huwa programm internazzjonali li hu | mmexxi mill-Foundation for Environmental Education u jiffoka fuq it-tmexxija ambjentali. In-Nature Trust (Malta) introduċiet dan il-programm f’Malta fis-sena skolastika 2002-2003 ġewwa 6 skejjel f’Malta. Preżentament hemm mitt skola jew 61% tal-iskejjel f’Malta u Għawdex li qed jipparteċipaw fil-programm EkoSkola. L-għanijiet ta’ dan il-programm huma dawk li joffru opportunità biex studenti żgħar jibdew jaddottaw irwoli parteċipattivi fid-deċiżjonijiet ambjentali u jkunu attivi f’dan ir-rigward, kemm ġewwa l-iskejjel kif ukoll fil-komunità. Fi sfera internazzjonali dan il-programm ġie adottat f’47 pajjiż. Din id-dimensjoni tagħti timbru uniku u prestiġjuż lil dawk l-iskejjel li jilħqu livell għoli f’dan il-qasam u jiġu ppremjati bil- Green Flag. Dan jgħodd b’mod partikolari f’din is-sena li matulha saru diskussjonijiet intensivi dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent tagħna u l-isfida globali tal-bdil fil-klima. |
| Ġiet organizzata ċerimonja speċjali li | matulha ġiet mtellgħa l-Green flag għall-ewwel darba fl-iskola primarja tax-Xewkija. Wara li ġiet iċċelebrata quddiesa saru attivitajiet imħejjija mit-tfal dwar temi ambjentali li jiffukaw fuq il-prinċipji ta’ Reduce, Reuse, Recycle. Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono, attendiet għal din iċ-ċerimonja li għaliha kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said, il- Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, Chev. Frank Gatt flimkien mas-Sur Vince Attard, President ta’ Nature Trust (Malta). Huma ġew milqugħa mis-sur Saviour Tabone, Kap ta’ l-iskola, flimkien ma’ l-għalliema, studenti u ġenituri li wkoll kienu mistiedna għall-okkażjoni. |
| Waqt li ndirizzat lil dawk preżenti, | il-Ministru għal Għawdex esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal parteċipazzjoni attiva mill-iskejjel Għawdxin f’EkoSkola. Dan huwa wkoll mertu ta’ dawk involuti fil-qasam edukattiv f’Għawdex li jimpenjaw ruħhom b’risq edukazzjoni sħiħa għall-istudenti Għawdxin. Il-Ministru spjegat kif inizjattivi bħal dawn iżidu l-għarfien u jnisslu kuxjenza favur l-ambjent fit-tfal minn età żgħira, filwaqt li jżidu l-potenzjal biex din l-informazzjoni tiġi mgħoddija lill-kumplament tal-familji tagħhom. ‘Huwa għalhekk li bħala waħda mill-ewwel inizjattivi fl-implimentazzjoni tal-viżjoni eko-Għawdex, ser jiġi mniedi pakkett informattiv għall-għalliema dwar din l-aspirazzjoni tal-Gvern għal Għawdex’, żiedet tgħid il-Ministru Giovanna Debono. ‘Dan jassigura li l-messaġġ tal-Gvern jasal u jinftiehem ukoll mit-tfal, li huma l-futur tal-gżira ta’ Għawdex’. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said feraħ lill-Kumitat ta’ Ekoskola ta’ l-iskola primarja tax-Xewkija għall-unur prestiġġjuż li rnexxilu jakkwista, grazzi għad-dedikazzjoni tal-għalliema u tal-istudenti li qed jaħdmu favur l-ambjent. Chris Said appella wkoll lill-istudenti sabiex issa x-xogħol li għamlu fl-iskola tagħhom ma jieqafx hemm imma jestendu u jittrasmettu l-impenn tagħhom favur l-ambjent fil-familja tagħhom u fil-lokalità, biex b’hekk ir-riżultat ta’ xogħolhom jinfirex u jħalli impatt tajjeb f’Għawdex. Hu wkoll inkoraġġixxa biex iktar skejjel jieħdu eżempju mill-iskola tax-Xewkija sabiex tinħoloq iktar kuxjenza favur l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent f’kull raħal f’Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990