GĦADDASA U PAZJENTI JGAWDU MIS-SERVIZZI TAD-DECOMPRESSION CHAMBER F’GĦAWDEX
pr2138
10/12/2009
| Sa mill-bidu ta’ l-operat tagħha f’Lulju | 2008, id-Decompression Chamber fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tat servizz utli u bżonnjuż lil għadd ta’ pazjenti Għawdxin kif ukoll kienet strumentali fil-kura ta’ numru ta’ għaddasa li kellhom diffikultajiet waqt l-għadds. Li kieku ma kienx l-intervent f’waqtu u professjonali ta’ din iċ-chamber, dawn l-inċidenti setgħu jirriżultaw f’konsegwenzi negattivi u ankè mwiet. |
| Il-bini tal-Hyperbaric Unit flimkien ma’ l-istallazzjoni | tad-Decompression Chamber fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-Programm ta’ Fondi Struturali għal Malta 2004-2006. L-għan wara dan il-proġett kien li joffri serħan tal-moħħ lil bosta għaddasa li jagħżlu l-gżira ta’ Għawdex biex jiprattikaw l-isport favorit tagħhom. Fil-fatt dan il-proġett sar bl-appoġġ ta’ bosta operaturi f’dan il-qasam flimkien ma’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA). |
| Dan il-unit kellu sajf impenjattiv ħafna | minħabba li kellu jitratta tnax-il emerġenza konnessa ma’ l-għadds, minbarra li l-unit tat servizz kuljum lill-pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono, żaret dan il-Unit u ltaqgħet ma’ l-istaff mediku, infermiera kif ukoll l-istaff tekniku li jaħdmu f’dan il-unit u rringrazzjathom għall-impenn u l-ħidma tagħhom biex dan il-unit seta’ jiffunzjona b’mod effiċjenti u professjonali. Hija qalet li din it-tip ta’ kura kienet xi ħaġa ġdida għal Għawdex, iżda bl-impenn ta’ l-istaff, id-diffikultajiet tal-bidu ġew megħluba biex illum il-Unit qed jagħti servizz professjonali u regolari. |
| Il-Ministru ġiet murija diversi ittri ta’ | ringrazzjament u apprezzament mibgħuta minn għaddasa barranin li bbenefikaw mis-servizz tal-unit u li kif qalu huma stess iħossuhom rikonoxxenti lejn l-impjegati ta’ dan il-unit li tawhom servizz impekkabbli u li salvawlhom ħajjithom. Il-Ministru qassmet ukoll ċertifikati ta’ kors ta’ taħriġ li sar għat-tobba, infermiera u impjegati tekniċi ta’ dan il-unit. |
| L-istallazzjoni tar-Recompression Chamber | kienet saret bħala parti minn proġett akbar biex jippromwovi t-turiżmu ta’ l-għadds f’Għawdex li kien jinkludi fost l-oħrajn l-għarqa ta’ żewġ vapuri fix-Xatt l-Aħmar biex iservu ta’ attrazzjoni għall-għaddasa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990