Left arrow Go Back

GĦADDASA U PAZJENTI JGAWDU MIS-SERVIZZI TAD-DECOMPRESSION CHAMBER F’GĦAWDEX

pr2138
Date Icon 10/12/2009
Sa mill-bidu ta’ l-operat tagħha f’Lulju2008, id-Decompression Chamber fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tat servizz utli u bżonnjuż lil għadd ta’ pazjenti Għawdxin kif ukoll kienet strumentali fil-kura ta’ numru ta’ għaddasa li kellhom diffikultajiet waqt l-għadds. Li kieku ma kienx l-intervent f’waqtu u professjonali ta’ din iċ-chamber, dawn l-inċidenti setgħu jirriżultaw f’konsegwenzi negattivi u ankè mwiet.
Il-bini tal-Hyperbaric Unit flimkien ma’ l-istallazzjonitad-Decompression Chamber fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-Programm ta’ Fondi Struturali għal Malta 2004-2006. L-għan wara dan il-proġett kien li joffri serħan tal-moħħ lil bosta għaddasa li jagħżlu l-gżira ta’ Għawdex biex jiprattikaw l-isport favorit tagħhom. Fil-fatt dan il-proġett sar bl-appoġġ ta’ bosta operaturi f’dan il-qasam flimkien ma’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA).
Dan il-unit kellu sajf impenjattiv ħafnaminħabba li kellu jitratta tnax-il emerġenza konnessa ma’ l-għadds, minbarra li l-unit tat servizz kuljum lill-pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono, żaret dan il-Unit u ltaqgħet ma’ l-istaff mediku, infermiera kif ukoll l-istaff tekniku li jaħdmu f’dan il-unit u rringrazzjathom għall-impenn u l-ħidma tagħhom biex dan il-unit seta’ jiffunzjona b’mod effiċjenti u professjonali. Hija qalet li din it-tip ta’ kura kienet xi ħaġa ġdida għal Għawdex, iżda bl-impenn ta’ l-istaff, id-diffikultajiet tal-bidu ġew megħluba biex illum il-Unit qed jagħti servizz professjonali u regolari.
Il-Ministru ġiet murija diversi ittri ta’ringrazzjament u apprezzament mibgħuta minn għaddasa barranin li bbenefikaw mis-servizz tal-unit u li kif qalu huma stess iħossuhom rikonoxxenti lejn l-impjegati ta’ dan il-unit li tawhom servizz impekkabbli u li salvawlhom ħajjithom. Il-Ministru qassmet ukoll ċertifikati ta’ kors ta’ taħriġ li sar għat-tobba, infermiera u impjegati tekniċi ta’ dan il-unit.
L-istallazzjoni tar-Recompression Chamberkienet saret bħala parti minn proġett akbar biex jippromwovi t-turiżmu ta’ l-għadds f’Għawdex li kien jinkludi fost l-oħrajn l-għarqa ta’ żewġ vapuri fix-Xatt l-Aħmar biex iservu ta’ attrazzjoni għall-għaddasa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow