Left arrow Mur Lura

Promozzjoni ta’ nbejjed Maltin ta’ kwalita’ fiċ-ċentru tal-Belt Valletta

pr2137
Date Icon 10/12/2009
Il-ġimgħa ta’ attivitajiet biex tfakkarl-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbieħ li sar fi Pjazza San Ġorġ, ser tiġi fi tmiemha permezz ta’ Festa ta’ Inbejjed Maltin ta’ Kwalita’.  Din il-festa ser tittella’ għada l-Ġimgħa 11, u s-Sibt 12 ta’ Diċembru mis-7.00 p.m.  ‘l quddiem fil-pjazza ta’ quddiem il-Palazz, fil-Belt Valletta.
Għaldin l-okkażjoni, l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali stieden lill-produtturi lokali ta’ nbejjed ta’ kwalita’ biex jipparteċipaw u ġiet ikkonfermata l-preżenza ta’ Camilleri Wines, Delicata Winemakers, Marsovin, Meridiana u Montekristo.  Ser jieħdu sehem ukoll is-Soċjeta’ Vitikultura li hija l-għaqda li tiġbor fiha l-bdiewa li jkabbru d-dwieli, li jipproduċu l-għeneb għall-għasir.
F’din l-attivita’ wieħed ser ikun jista’ jduq ujixtri nbejjed lokali ta’ kwalita’ u ser ikun hemm ukoll tagħrif importanti ieħor dwar l-inbid u l-produzzjoni tiegħu.
Fis-serata ta’ għada l-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru,ser ikun hemm divertiment li ser ikun ipprovdut mill-Freddie Mizzi Big Band u kunċert ta’ mużika Maltija minn Spiteri Lucas Band, bis-sehem ta’ uħud fost l-aqwa kantanti Maltin.
Għas-serata tas-Sibt, 12 ta’ Diċembru, ser ikunhemm wirjiet mill-Astra Folk Group, in-Nafra Folk Ensemble u mill-grupp Jazzin Up, li ser ikunu akkumpanjati mill-kantant Ludwig Galea.
Id-dħul għal din l-attivita’, li hija partimill-kampanja ta’ promozzjoni Naturalment Malti, huwa b’xejn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow