VILLAĠĠ TAL-MILIED WAQT “OPEN WEEKEND” FL-ISKOLA PRIMARJA TA’ PEMBROKE
pr2135
10/12/2009
| L-iskola Primarja l-ġdida ta’ | Pembroke ġiet inawgurata uffiċjalment nhar l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru. Fi tmiem il-ġimgħa, proprju s-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Diċembru, l-iskola ser tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku, biex kulħadd ikun jista’ japprezza l-kwalita’ u s-servizzi professjonali li bihom hija attrezzata din l-iskola. |
| Għal din l-okkazjoni, l-Ministeru | ta’ l-Edukazzjoni flimkien mal-amministrazzjoni ta’ l-Iskola ħasbu biex jorganizzaw Villaġġ tal-Milied biex dawk kollha li ser iżuru l-iskola jkollhom firxa wiesgħa ta’ attivita’ li jistgħu jgawdu minnha. |
| L-iskola ser tkun imzejjna | għall-okkazjoni b’diversi dekorazzjonijiet tal-Milied. Ser ikun hemm area kbira għat-tfal b’diversi logħob, bouncing castles, ferrovija u ħafna affarijiet oħra. L-amminstrazzjoni tal-iskola ħasbet ukoll biex itellgħa esebizzjoni dwar dak li toffri l-istess skola, kif ukoll żewġ wirjiet awdjo vizivi. |
| Ser ikun hemm diversi | stands li minnhom wieħed jista’ jixtri dekorazzjonijiet tal-Milied, crafts relatati mal-Milied, affarijiet tal-ħelu, kotba, qsari, kejkijiet tal-Milied u ħafna aktar. Ser ikun hemm ukoll esebizzjonijiet imtellgħa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u oħra mill-MCAST. Apparti dan, ser ikun hemm ukoll restaurant attrezzat b’kollox. |
| Wieħed ser ikun jista’ | jammira esebizzjoni kbira ta’ presepji li ser tkun mifruxa f’diversi nħawi ta’ l-iskola. Ser ikunu organizzati wkoll zjarat iggwidati biex il-pubbliku jkun jista’ jara s-swali ta’ fuq ta’ l-istess kumpless edukattiv. |
| Mhux ser ikun nieqes l-ispettaklu, | li se jkun ta’ livell għoli ħafna bis-sehem ta’ l-aqwa talent lokali. Is-Sibt l-ispettaklu fuq il-palk prinċipali jibda fis-6.00 p.m u fih ser jieħdu sehem it-tfal ta’ l-istess skola kif ukoll The Wild Strength Dancers, Exotic Dancers, id-duo Greenfields, Cutie Cute Dancers, The Malta Drama Centre, David Azzopardi, Angel Sky Dancers, Helenian Voices Choir, Vogue Dancers, CCK Dancers u l-grupp X-Tend. |
| Il-Hadd l-ispettaklu fuq | il-palk prinċipali jibda mis-2.00 p.m. bis-sehem ta’ Noel D’Amato, Carlos Choir, Artemocion Dance Studio, Romina Vella Choir, Aqua Blue Dancers, Keith & Adonelle Dancers, Priscilla Psaila Choir, Mystic Dancers u Augusto Cardinali. |
| Fil-jumejn ta’ dan il-Villaġġ | tal-Milied, ser ikun hemm ukoll Father Christmas idur mat-tfal u diversi animaturi ohra, face painting, maġija, logħob organizzat u puppet shows. Il-Ħadd wara nofsinhar, ikun hemm wirjiet mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u anke mit-Taqsima tal-Klieb tal-Korp tal-Pulizija. |
| L-attivitajiet jintemmu nhar | il-Ħadd fil-5.30 p.m b’kuncert Live ta’ l-aqwa kanzunetti tal-Milied mill-kantanti Ludvig Galea, Debbie Scerri u Claudia Faniello, akkumpanjati minn Mario Ciantar fuq il-vjolin u Mark Spiteri Lucas fuq il-keyboards. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990