Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, bit-tema: ‘Ix-Xogħol Dritt Għalina Lkoll’ - Konsultazzjoni dwar il-Politika Nazzjonali dwar l-ImImpjieg tal-Persuni b`Diżabilita

pr2133
Date Icon 10/12/2009

Sur President, 

Kien hemm żmien fejn il-ħidmab’riżq persuni b’diżabilità kienet titwettaq wara ħidma meqjusa iżjed urġenti.
Kien hemm żmien meta kullallokazzjoni finanzjarja jew impenn b’mod ieħor b’riżq persuni b’diżabilità kienet titqies bħala ġest nobbli … att ta’ karità … sforz li jmur lil hinn mill-minimu mistenni.

Dak iż-żmien spiċċa. 

Illum qed ngħixu fi żminijietfejn il-kwalità tal-ħajja ta’ soċjetà hija riflessa fil-kwalità tal-ħajja li jgawdu l-persuni b’diżabilità. Soċjetà li tippermetti lill-persuni b’diżabilità jgawdu kwalità ta’ ħajja għolja hija soċjetà sinjura. Hija soċjetà li mhi qed tħalli lil ħadd jaqa’ lura. Anzi – hija soċjetà li trid sehem kulħadd biex timxi ’l quddiem. Kull persuna b’diżabilità li qed tingħatalha kull possibbiltà biex tgħix ħajjitha fil-milja kollha tagħha hija ċertifikat ħaj għas-soċjetà tagħha.
Sur President, huwa tassewpjaċir għalija li nkun hawn magħkom illum, fil-bini tal-Parlament Malti, biex flimkien nitkellmu dwar il-qasam tal-persuni b’diżabilità. U huwa ta’ pjaċir partikolari li qegħdin norbtu l-kwistjoni tal-persuni b’diżabilità max-xogħol, qasam li għalih il-Gvern qed jiddedika l-enerġija kollha tiegħu f’dawn iż-żminijiet.
Iva – irridu li d-dinja tax-xogħoltkun miftuħa beraħ anke għal persuni b’diżabilità. U rridu li l-persuni b’diżabilità jkollhom f’idejhom l-għodod kollha biex jidħlu f’din id-dinja u jagħmlu minnha suċċess.
Fil-Budget li ġie ppreżentatminn dawn il-bankijiet ftit tal-ġranet ilu, il-Gvern għamel dikjarazzjoni oħra ċara dwar l-impenn tiegħu għal persuni b’diżabilità. Kmieni s-sena d-dieħla ser tkun qed tiġi finalizzata l-politika nazzjonali dwar l-impjieg u l-persuni b’diżabilità, mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Il-politika għandha l-għan li tiffaċilita iżjed l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol.
Fl-istess waqt għaddej ix-xogħol fuq il-binitaċ-Ċentru għall-Ħajja Indipendenti f’Ħal Far, li se jkun qed joffri lill-persuni b’diżabilità l-opportunità li jidentifikaw l-apparat li għandhom bżonn biex jgħixu ħajja indipendenti. Fost l-oħrajn, iċ-ċentru għandu joffri servizzi ta’ skola tas-sewqan għall-persuni b’diżabilità’.

U x’jippermetti l-iżjed lil persuna tgħix ħajja indipendenti jekk mhux ix-xogħol? Il-Gvern hu konxju ta’ dan u huwa għalhekk li qed inżidu l-vot tal-Aġenzija Sapport b’nofs miljun euro u l-ETC qed tniedi numru ta’ skemi ġodda biex tgħin persuni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena jintegraw fid-dinja tax-xogħol, inkluż il-coaching scheme li hi mmirata lejn persuni b’diżabilità sostanzjali jew anke severa u li għandhom bżonn assistenza personali biex jintegraw fuq il-post tax-xogħol. Fost id-diversi skemi u taħriġ biex il-Gvern jgħin aktar nies b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol insibu: 

-       Għajnuna lill-persuni b’diżabilità moderata u severa fuq il-post tax-xogħol;

-       Għajnuna lil min jimpjega persuni b’diżabilità severa biex ikun jista’ jipprepara l-post tax-xoghol tiegħu għal dawn il-persuni;

-       u Reviżjoni tal-Politika u r-Registru tal-Persuni b’Diżabilità. 

Il-politika tal-Gvern hi li l-ħolqien tal-ġid,bit-tkabbir ekonomiku, jitqassam b’ġustizzja soċjali fejn jingħataw għajnuna Idividwi u familji li l-aktar għandhom bżonn.
Il-politika tal-Gvern fil-qasam soċjali għandhal-mira li ħadd ma jibqa’ lura b’għajnuna u benefiċċji soċjali u - aktar importanti minn hekk - b’servizzi personalizzati. Qed naħdmu, mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u mal-Kunsilli Lokali tagħna, biex – per eżempju – l-uffiċċji kollha tal-Kunsilli Lokali jkunu kompletament aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Is-Servizz Għajnuniet Speċjali kompla jagħtiassistenza finanzjarja u pariri dwar għajnuniet biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti.
Il-Gvern kompla jagħti eżenzjoni mid-Dazju utaxxi oħra lill-persuni b’diżabilità biex ikollhom trasport addattat. Din l-eżenzjoni togħla aktar ma’ l-persuni b’diżabilità jkollha karozza modifikata. 234 persuna b’diżabilità fl-2008 ġew eżentati mit-taxxa.
Il-Kummissjoni rrakomandat ukoll lid-Dipartimenttal-Liċenzji biex 172 persuna li għandhom diżabilità jiġu eżentati mill-ħlas tal-Liċenzja tat-Triq. Din hija ekwivalenti għal żieda ta’ 19% fuq is-sena ta’ qabel.
Bħala pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea qed naħdmuwkoll biex nagħmlu pass ieħor ’il quddiem fil-qasam tal-impjieg għal persuni b’diżabilità.
L-Unjoni Ewropea tagħtiimportanza qawwija lis-settur tal-impjieg kif inhu evidenti mill-Istrateġija ta' Lisbona u mill-fondi li hi tiddedika għal dan is-settur permezz tal-Fondi Strutturali.
F’dan l-ambitu ta' min wieħed isemmi wkollid-Direttiva dwar Trattament Ugwali fl-Impjieg. Din tissalvagwardja d-dritt tal-persuni b'diżabilità (u anke ta' minoritajiet oħra) kontra diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi.
Fuq livell usa, id-drittijiettal-persuni b'diżabilità huma mħarsa wkoll permezz tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda u tal-Liġi Opportunitajiet Indaqs. Malta hija firmatarja ta’ din il-Konvenzjoni u bħalissa qed isir kull sforz biex malajr kemm jista’ jkun Malta wkoll tirratifika kemm il-Konvenzjoni kif ukoll il-Protokoll  Mhux Obbligatorju marbut ma’ l-istess Konvenzjoni.
Sur President, il-liġijiet u l-istrumenti legalioħra huma importanti iżda mhumiex bizzejjed. Aħna stess irridu nkunu aktar pro-attivi u nġibu bidla bil-mod kif topera d-dinja tax-xogħol biex inkunu certi li din tkun aċċessibli għall-persuni b'diżabilità f'kull sens tal-kelma.
L-istudju li għamletil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità dwar Politika Nazzjonali dwar l-Impjieg tal-Persuni b'Diżabilita' jagħtina stampa ta' kif inhi l-qagħda tal-persuni b'diżabilità fis-settur tal-impjieg u fis-settur tat-taħriġ vokazzjonali.
Dan l-istudju flimkien ma'  statistikabbażata fuq iċ-Ċensiment tal-2005 li ħarġet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità stess, juru kemm ħafna persuni b'diżabilità għadhom eskluzi milli jaħdmu, jew jekk jaħdmu jagħmlu xogħol elementari bi ftit li xejn opportunità ta' avvanz fil-karrieri tagħhom. Dan, Sur President, jeħtieġ jinbidel u qed nieħdu għadd ta’ miżuri - fosthom dawk li ġa semmejt - biex naqilbu l-folja.
Għaldaqstant hu importanti linagħrblu sew ir-rakkomandazzjonijiet li hemm f'din il-Politika Nazzjonali u naraw minn issa kif jistgħu jibdew jitwettqu.
Mill-parteċipazzjonital-persuni b'diżabilità fl-impjieg igawdi kulħadd. Meta jaħdmu, il-persuni b'diżabilità mhux talli ma jkunux jiddependu biss mill-benefiċċji soċjali iżda huma stess ikunu qed jikkontribwixxu għall-ekonomija tagħna.
Ix-xogħol huwa dritt tagħna lkoll. U l-persunib'diżabilità għandhom dritt li jingħataw l-opportunità li jagħtu sehemhom biex jilħqu l-milja tagħhom u biex jikkontribwixxu huma wkoll għall-ekonomija ta' pajjiżna. Meta jingħataw dan id-dritt ma jgawdux huma biss imma ngawdu aħna lkoll.
Il-Gvern, Sur President, jibqa’ mpenajt biexaktar persuni b’diżabilità jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol. Il-kawża tal-persuni b’diżabilità hija wkoll il-kawża tal-Gvern.
Il-mira aħħarija tibqa’ waħda – li pajjiżnajimxi ’l quddiem bis-sehem ta’ kull wieħed u waħda minnha. U biex f’dan il-proċess kull ċittadin:

-         iħossu parteċipi;

-         iħossu qed jilħaq il-qofol tiegħu u

-         jkun qed igawdi minn kwalità ta’ ħajja aħjar. 

Grazzi ħafna

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow