Diskors mill-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, bit-tema: ‘Ix-Xogħol Dritt Għalina Lkoll’ - Konsultazzjoni dwar il-Politika Nazzjonali dwar l-ImImpjieg tal-Persuni b`Diżabilita
Sur President,
| Kien hemm żmien fejn il-ħidma | b’riżq persuni b’diżabilità kienet titwettaq wara ħidma meqjusa iżjed urġenti. |
| Kien hemm żmien meta kull | allokazzjoni finanzjarja jew impenn b’mod ieħor b’riżq persuni b’diżabilità kienet titqies bħala ġest nobbli … att ta’ karità … sforz li jmur lil hinn mill-minimu mistenni. |
Dak iż-żmien spiċċa.
| Illum qed ngħixu fi żminijiet | fejn il-kwalità tal-ħajja ta’ soċjetà hija riflessa fil-kwalità tal-ħajja li jgawdu l-persuni b’diżabilità. Soċjetà li tippermetti lill-persuni b’diżabilità jgawdu kwalità ta’ ħajja għolja hija soċjetà sinjura. Hija soċjetà li mhi qed tħalli lil ħadd jaqa’ lura. Anzi – hija soċjetà li trid sehem kulħadd biex timxi ’l quddiem. Kull persuna b’diżabilità li qed tingħatalha kull possibbiltà biex tgħix ħajjitha fil-milja kollha tagħha hija ċertifikat ħaj għas-soċjetà tagħha. |
| Sur President, huwa tassew | pjaċir għalija li nkun hawn magħkom illum, fil-bini tal-Parlament Malti, biex flimkien nitkellmu dwar il-qasam tal-persuni b’diżabilità. U huwa ta’ pjaċir partikolari li qegħdin norbtu l-kwistjoni tal-persuni b’diżabilità max-xogħol, qasam li għalih il-Gvern qed jiddedika l-enerġija kollha tiegħu f’dawn iż-żminijiet. |
| Iva – irridu li d-dinja tax-xogħol | tkun miftuħa beraħ anke għal persuni b’diżabilità. U rridu li l-persuni b’diżabilità jkollhom f’idejhom l-għodod kollha biex jidħlu f’din id-dinja u jagħmlu minnha suċċess. |
| Fil-Budget li ġie ppreżentat | minn dawn il-bankijiet ftit tal-ġranet ilu, il-Gvern għamel dikjarazzjoni oħra ċara dwar l-impenn tiegħu għal persuni b’diżabilità. Kmieni s-sena d-dieħla ser tkun qed tiġi finalizzata l-politika nazzjonali dwar l-impjieg u l-persuni b’diżabilità, mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Il-politika għandha l-għan li tiffaċilita iżjed l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol. |
| Fl-istess waqt għaddej ix-xogħol fuq il-bini | taċ-Ċentru għall-Ħajja Indipendenti f’Ħal Far, li se jkun qed joffri lill-persuni b’diżabilità l-opportunità li jidentifikaw l-apparat li għandhom bżonn biex jgħixu ħajja indipendenti. Fost l-oħrajn, iċ-ċentru għandu joffri servizzi ta’ skola tas-sewqan għall-persuni b’diżabilità’. |
U x’jippermetti l-iżjed lil persuna tgħix ħajja indipendenti jekk mhux ix-xogħol? Il-Gvern hu konxju ta’ dan u huwa għalhekk li qed inżidu l-vot tal-Aġenzija Sapport b’nofs miljun euro u l-ETC qed tniedi numru ta’ skemi ġodda biex tgħin persuni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena jintegraw fid-dinja tax-xogħol, inkluż il-coaching scheme li hi mmirata lejn persuni b’diżabilità sostanzjali jew anke severa u li għandhom bżonn assistenza personali biex jintegraw fuq il-post tax-xogħol. Fost id-diversi skemi u taħriġ biex il-Gvern jgħin aktar nies b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol insibu:
- Għajnuna lill-persuni b’diżabilità moderata u severa fuq il-post tax-xogħol;
- Għajnuna lil min jimpjega persuni b’diżabilità severa biex ikun jista’ jipprepara l-post tax-xoghol tiegħu għal dawn il-persuni;
- u Reviżjoni tal-Politika u r-Registru tal-Persuni b’Diżabilità.
| Il-politika tal-Gvern hi li l-ħolqien tal-ġid, | bit-tkabbir ekonomiku, jitqassam b’ġustizzja soċjali fejn jingħataw għajnuna Idividwi u familji li l-aktar għandhom bżonn. |
| Il-politika tal-Gvern fil-qasam soċjali għandha | l-mira li ħadd ma jibqa’ lura b’għajnuna u benefiċċji soċjali u - aktar importanti minn hekk - b’servizzi personalizzati. Qed naħdmu, mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u mal-Kunsilli Lokali tagħna, biex – per eżempju – l-uffiċċji kollha tal-Kunsilli Lokali jkunu kompletament aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. |
| Is-Servizz Għajnuniet Speċjali kompla jagħti | assistenza finanzjarja u pariri dwar għajnuniet biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti. |
| Il-Gvern kompla jagħti eżenzjoni mid-Dazju u | taxxi oħra lill-persuni b’diżabilità biex ikollhom trasport addattat. Din l-eżenzjoni togħla aktar ma’ l-persuni b’diżabilità jkollha karozza modifikata. 234 persuna b’diżabilità fl-2008 ġew eżentati mit-taxxa. |
| Il-Kummissjoni rrakomandat ukoll lid-Dipartiment | tal-Liċenzji biex 172 persuna li għandhom diżabilità jiġu eżentati mill-ħlas tal-Liċenzja tat-Triq. Din hija ekwivalenti għal żieda ta’ 19% fuq is-sena ta’ qabel. |
| Bħala pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea qed naħdmu | wkoll biex nagħmlu pass ieħor ’il quddiem fil-qasam tal-impjieg għal persuni b’diżabilità. |
| L-Unjoni Ewropea tagħti | importanza qawwija lis-settur tal-impjieg kif inhu evidenti mill-Istrateġija ta' Lisbona u mill-fondi li hi tiddedika għal dan is-settur permezz tal-Fondi Strutturali. |
| F’dan l-ambitu ta' min wieħed isemmi wkoll | id-Direttiva dwar Trattament Ugwali fl-Impjieg. Din tissalvagwardja d-dritt tal-persuni b'diżabilità (u anke ta' minoritajiet oħra) kontra diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi. |
| Fuq livell usa, id-drittijiet | tal-persuni b'diżabilità huma mħarsa wkoll permezz tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda u tal-Liġi Opportunitajiet Indaqs. Malta hija firmatarja ta’ din il-Konvenzjoni u bħalissa qed isir kull sforz biex malajr kemm jista’ jkun Malta wkoll tirratifika kemm il-Konvenzjoni kif ukoll il-Protokoll Mhux Obbligatorju marbut ma’ l-istess Konvenzjoni. |
| Sur President, il-liġijiet u l-istrumenti legali | oħra huma importanti iżda mhumiex bizzejjed. Aħna stess irridu nkunu aktar pro-attivi u nġibu bidla bil-mod kif topera d-dinja tax-xogħol biex inkunu certi li din tkun aċċessibli għall-persuni b'diżabilità f'kull sens tal-kelma. |
| L-istudju li għamlet | il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità dwar Politika Nazzjonali dwar l-Impjieg tal-Persuni b'Diżabilita' jagħtina stampa ta' kif inhi l-qagħda tal-persuni b'diżabilità fis-settur tal-impjieg u fis-settur tat-taħriġ vokazzjonali. |
| Dan l-istudju flimkien ma' statistika | bbażata fuq iċ-Ċensiment tal-2005 li ħarġet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità stess, juru kemm ħafna persuni b'diżabilità għadhom eskluzi milli jaħdmu, jew jekk jaħdmu jagħmlu xogħol elementari bi ftit li xejn opportunità ta' avvanz fil-karrieri tagħhom. Dan, Sur President, jeħtieġ jinbidel u qed nieħdu għadd ta’ miżuri - fosthom dawk li ġa semmejt - biex naqilbu l-folja. |
| Għaldaqstant hu importanti li | nagħrblu sew ir-rakkomandazzjonijiet li hemm f'din il-Politika Nazzjonali u naraw minn issa kif jistgħu jibdew jitwettqu. |
| Mill-parteċipazzjoni | tal-persuni b'diżabilità fl-impjieg igawdi kulħadd. Meta jaħdmu, il-persuni b'diżabilità mhux talli ma jkunux jiddependu biss mill-benefiċċji soċjali iżda huma stess ikunu qed jikkontribwixxu għall-ekonomija tagħna. |
| Ix-xogħol huwa dritt tagħna lkoll. U l-persuni | b'diżabilità għandhom dritt li jingħataw l-opportunità li jagħtu sehemhom biex jilħqu l-milja tagħhom u biex jikkontribwixxu huma wkoll għall-ekonomija ta' pajjiżna. Meta jingħataw dan id-dritt ma jgawdux huma biss imma ngawdu aħna lkoll. |
| Il-Gvern, Sur President, jibqa’ mpenajt biex | aktar persuni b’diżabilità jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol. Il-kawża tal-persuni b’diżabilità hija wkoll il-kawża tal-Gvern. |
| Il-mira aħħarija tibqa’ waħda – li pajjiżna | jimxi ’l quddiem bis-sehem ta’ kull wieħed u waħda minnha. U biex f’dan il-proċess kull ċittadin: |
- iħossu parteċipi;
- iħossu qed jilħaq il-qofol tiegħu u
- jkun qed igawdi minn kwalità ta’ ħajja aħjar.
Grazzi ħafna
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990