Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ UFFIĊJALI TAL-ISKOLA PRIMARJA L-ĠDIDA TA’ PEMBROKE FI ĦDAN IL-KULLEĠĠ SANTA KLARA, PEMBROKE – L-ERBGĦA 9 TA’ DIĊEMBRU 2009

pr2123
Date Icon 09/12/2009

F’idejn għalliema ta’ ħila qed nafdaw l-aqwa teżor li għandna: uliedna

Lawrence Gonzi

Prim Ministru

Mr SpeakerOnorevoli Ministru Għalliema Sinjuri Studenti
Huwa ta’ pjaċir u sodisfazzjon għalija li nkunhawn magħkom sabiex flimkien ninawguraw din l-iskola ġdida.
Din hi r-raba’ skola ġdida li qed ninawgurawf’erba’ snin, wara li fl-2006 nfetħet l-iskola sekondarja tas-subien fil-Kulleġġ San Benedittu, fis-sena ta’ wara l-iskola sekondarja f’Tal-Ħandaq fil-Kulleġġ Sant’Injazju, is-sena li għaddiet ftaħna l-iskola sekondarja tas-subien fil-Verdala fil-Kulleġġ Santa Margherita u llum qed ninawguraw din l-iskola primarja f’Pembroke.
Fis-sentejn li ġejjin ikunu lesti skejjel ġoddaf’Għawdex u oħra fil-Mosta, li diġà qed jinbnew.  Dan hu parti mill-pjan tal-Gvern li jiftaħ skola ġdida kull sena li tkun skola mgħammra bl-aħjar faċilitajiet għall-istudenti, għall-għalliema, għall-amministrazzjoni u l-ħaddiema tal-iskola u li toffri serħan tal-moħħ lill-ġenituri li jkollhom l-assigurazzjoni li wliedhom qed jieħdu l-aħjar edukazzjoni f’ambjent mill-isbaħ.
Dawn huma proġetti li wellidhom Louis Galea,meta kien Ministru tal-Edukazzjoni.  Kien protagonista fi Gvern li kellu u għandu viżjoni ċara għall-edukazzjoni ta’ wliedna, mhux biss biex ikollhom l-aħjar skejjel iżda wkoll biex ikollhom sistema edukattiva b’saħħitha u mill-aqwa – biex uliedna jirnexxu lkoll.  Illum dan il-Gvern, u l-Ministru Dolores Cristina li hi responsabbli mis-settur edukattiv, qed ikompli jibni fuq dak li sar biex aktar tfal, studenti, żgħażagħ u adulti jimirħu fl-opportunitajiet edukattivi li għandna f’pajjiżna.

Sinjuri, 

Din l-iskola f’Pembroke hi riflessjoni u xhiedata’ fejn u kif irridu naslu bħala pajjiż.
F’pajjiż li jiddependi biss fuq ir-riżorsaumana, l-edukazzjoni hi s-sies u l-qofol ta’ kollox.  Hi l-bażi ta’ kull progress ekonomiku, soċjali u ambjentali. Fuq kollox, l-edukazzjoni tixpruna l-iżvilupp sħiħ ta’ kull persuna.  Huwa għaliex il-Gvern jemmen fil-potenzjal u l-kapaċità ta’ kull tifel u tifla li l-edukazzjoni hi tabilħaqq waħda mill-pilastri ewlenin tal-politika tagħna.
B’investiment dejjem jikber f’kull livelltal-edukazzjoni, il-Gvern qiegħed juri biċ-ċar l-impenn tiegħu lejn dan il-qasam.  Matul is-sena d-dieħla se nkunu qed ninvestu 270 miljun ewro mifruxin tul il-proċess edukattiv kollu, minn dik bikrija sa dik obbligatorja kif ukoll post-sekondarja, terzjarja u tul il-ħajja.  L-edukazzjoni u t-tagħlim mhumiex proċess li jintemm iżda proċess kontinwu u għalhekk qed inżidu l-opportunitajiet ta’ tagħlim, edukazzjoni u taħriġ.
Il-kisbiet li  għamilna bħala nazzjon,għamilnihom għaliex dejjem bnejna fuq it-talenti u l-ħiliet tal-poplu tagħna.  Għalhekk qegħdin ninvestu kemm fl-infrastruttura u kemm fl-għalliema biex tabilħaqq ikollna edukazzjoni ta’ kwalità li ssaħħaħ it-talenti u l-ħiliet ta’ kull tifel u tifla.
L-iskejjel il-ġodda, fosthom din li qedninawguraw illum, huma mibnija u attrezzati speċifikament biex it-tfal tagħna jiżviluppaw it-talenti kollha tagħhom.  Huma mgħammra bl-aħħar teknoloġija sabiex minn età żgħira jibdew jużaw it-teknoloġija tal-informatika.  L-iskejjel tagħna, permezz ta’ ’l fuq minn 10,000 kompjuter, se jkunu magħqudin f’xibka ta’ komunikazzjoni permezz tal-istrateġija tal-e-learning.  Dan se jsir b’investiment ta’ 16-il miljun ewro.
L-investiment fil-faċilitajiet sportivi uekstra-kurrikulari jixhdu l-importanza li l-Gvern qed jagħti lit-talenti ta’ wliedna.  Klassijiet għall-arti u l-mużika kif ukoll playgrounds spazjużi u sikuri huma fost il-faċilitajiet li jintużaw mit-tfal biex jagħmlu mill-edukazzjoni tagħhom esperjenza ħajja u unika.  Irridu lil uliedna jiżviluppaw it-talenti u l-ħiliet tagħhom biex ikunu verament jistgħu jilħqu l-milja tal-potenzjal tagħhom.
Il-Gvern ma jħarisx lejn l-edukazzjoni bħalaattività tal-massa, imma jħares lejn il-kapaċitajiet u l-bżonnijiet tal-istudenti b’mod separat u individwali.  Din ukoll kienet il-motivazzjoni wara r-riforma li tnediet fit-tranżizzjoni bejn il-primarja u s-sekondarja.  Hija riforma li tpoġġi fil-qalba tal-proċess edukattiv l-interessi tat-tfal tagħna u mfassla skont il-bżonnijiet tal-istudenti, lejn il-kapaċità tal-istudenti f’mod individwali.
Din ir-riforma flimkien mal-investimenti liqegħdin nagħmlu fis-sistema edukattiva jassiguraw li l-għalliema jaħdmu f’ambjent fejn jistgħu jiżviluppaw u jgħożżu l-vokazzjoni tagħhom.
Kemm bħala missier u bħala Prim Ministru,nirringrazzja lill-għalliema kollha tax-xogħol siewi tagħkom.  F’idejn għalliema ta’ ħila qed nafdaw l-aqwa teżor li għandna: uliedna.  Il-futur ta’ pajjiżna jinsab f’idejkom u kif għamlu l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilkom jien konvint li se tkomplu tkunu l-mutur wara aktar suċċessi fl-iżvilupp ta’ wliedna.
Din is-sena qed jiġi ċċelebrat id-90anniversarju mit-twaqqif tal-Union tal-Għalliema, l-MUT. Insellem lill-għalliema kollha u lill-membri kollha li tul is-snin taw sehemhom f’din il-union li tirrapreżenta waħda mill-aktar professjonijiet importanti f’pajjiżna.
L-iskola ġdida ta’ Pembroke hi xempju ta’ kifirridu li l-pajjiż ikompli jiżviluppa anki fil-qasam tal-enerġija alternattiva.  Aktar minn qatt qabel il-proġress ta’ pajjiżna se jkun jiddependi fuq l-ambjent ta’ madwarna u li ngħixu fih.  Din l-iskola hija mudell għall-bqija tal-pajjiż li jħares l-ambjent.  Mhux biss hija l-ewwel binja f’Malta li ma tirċevix kont tad-dawl, imma tiġġenera aktar elettriku milli għandha bżonn u qed trodd lura elettriku nadif lill-pajjiż u l-komunità.  B’installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi, turbina tar-riħ, solar water heaters u sistema ta’ dawl speċjalizzat, din l-iskola hija eżempju ta’ enerġija nadifa.  Skola li tixhed l-impenn tal-Gvern immexxi minni lejn enerġija alternattiva u ambjent aħjar fejn ngħixu u nrabbu t-tfal tagħna.  Permezz tal-inizjattivi li ttieħdu f’din l-iskola, l-istudenti se jkunu aktar sensittivi favur l-enerġija nadifa.

Sinjuri 

Għalina l-ġenituri, it-tfal tagħna huma l-aktar ħaġa għażiża u għal qalbna.  Hu għalhekk ta’ sodisfazzjoni li nara din l-Iskola Primarja fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara mimlija ħajja u enerġija b’għalliema dedikati.  Permezz ta’ dan l-investiment se nkomplu nagħtu edukazzjoni mill-aqwa lit-tfal f’ambjent mill-isbaħ għalihom, għall-għalliema, għall-ġenituri, għal-lokalità u għall-pajjiż.  

Grazzi 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow