Left arrow Go Back

PRESEPJU HAJ F’ĦAL LIJA

pr2122
Date Icon 09/12/2009
Il-bieraħ filgħaxija s-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said inawgura presepju ħaj f’Ħal Lija, imtella’ mis-Soċjetà San Andrija bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Lija.
Dan il-presepju li qed jinvolvi numrusostanzjali ta’ residenti tal-lokal kif ukoll annimali ta’ veru, fih xmara artifiċjali, u hu maqsum f’xeni differenti li huma estiżi matul it-triq ewlenija f'Ħal-Lija, Triq San Andrija.
Waqt l-inawgurazzjoni, Dr Said faħħar l-inizjattiviatas-Soċjetà volontarja San Andrija li taħdem fil-qasam kulturali, u wera apprezzament għad-dedikazzjoni tal-membri tagħha li ħadu ħsieb jarmaw il-presepju u li qed jipparteċipaw bħala protagonisti f’dan il-presepju ħaj. Chris Said tkellem dwar l-importanza tal-valur tal-volontarjat biex jiġu mtella’ atttivitajiet marbuta mat-tradizzjonijiet - f’dan il-każ attività marbuta mal-Milied.
Is-Segretarju Parlamentari faħħar ukollir-rwol tal-Kunsill Lokali għall-impenn tiegħu li jgħin l-ghaqdiet tal-lokal jimirħu fil-ħidma tagħhom u joħolqu attivitajiet bl-involviment tal-komunità.
Dan il-presepju li issa ilu jiġi mtella’ għaldawn l-aħħar 4 snin se jkun miftuħ fil-festi pubbliċi u f’kull tmiem il-ġimgħa sal-Milied.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow