STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARY GHAS-SAHHA
L-Oppożizzjoni terġa’ tirrikorri għal giddeb dwar is-saħħa
L-Oppozizzjoni għal darb’oħra qed terġa’ tirrikorri għal ġideb dwar is-saħħa. Mhu se jkun hemm l-ebda ħlas fir-riforma li se ssir fil-qasam tal-kura primarja. L-Oppozizzjoni flok tkun serja u tikkontribwixxi fid-diskussjoni biex jitjiebu s-servizzi tas-saħħa qed tagħżel li tipprova tallarma lill-pazjenti għal xejn b’xejn, kif għamlet drabi oħra. Għal darb’oħra, l-Oppożizzjoni a qed tipprova tagħmel il-bsaten fir-roti. Flok l-interess tal-pazjenti u ta’ saħħithom qed tipprova tara kif permezz ta’ qlajjiet u gideb, tikseb gwadann partiggjan.
Il-Gvern irid li jsaħħaħ aktar ir-rwol tat-tobba tal-familja. Għal kuntrarju l-Oppożizzjoni qed turi li m’għandiex fiduċja fit-tobba tal-familja u qed tipprova tiskreditahom.
Il-Gvern offra li nhar it-Tnejn li għadda jagħmel preżentazzjoni lill-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa Michael Farrugia u Anthony Zammit iżda dawn qalu li kellhom impenji oħra fil-Partit Laburista. Il-Gvern jibqa’ dispost li jiltaqa’ mal-Oppożizzjoni biex jispjegalha aktar id-dettalji tat-titjib propost. Fil-ġranet li ġejjin il-Gvern se jkun qiegħed jiltaqa’ ma’ assoċjazzjonijiet mediċi u mal-pubbliku dwar ir-riforma proposta. Il-Gvern jibqa’ miftuħ għall-ideat u għas-suġġerimenti. Fl-istess waqt il-Gvern permezz tal-linja 188 qiegħed jilqa’ suġġerimenti mingħand il-pubbliku.
Il-Gvern hu impenjat li jkompli jtejjeb is-servizzi tas-saħħa li joffri mill-isptarijiet u miċ-ċentri tas-saħħa u li dawn jibqgħu b’xejn. Hu impenjat li jkompli jsaħħaħ il-kura primarja.
Ir-riforma li ħabbar il-Gvern nhar is-Sibt li għadda hi intiża biex il-pazjenti jingħataw aktar servizzi permezz tat-tabib tal-familja:
- It-tabib tal-familja se jkollu aċċess għar-rekords mediċi tal-pazjenti tiegħu jew tagħha fl-isptarijiet u fil-laboratorji tal-Gvern.
- It-tabib tal-familja se jkun jista’ jiffissa appuntamenti għall-pazjenti reġistrati miegħu, fl-isptar Mater Dei u fiċ-Ċentri tas-Saħħa mill-klinika tiegħu jew tagħha.
- It-tabib tal-familja se jkun jista’ jikteb direttament hu jew ibiddel mediċini lill-pazjenti li huma intitolati li jirċievu mediċini b’xejn mill-ispiżeriji tal-Gvern jew mill-ispiżeriji taħt l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek
- It-tobba tal-familja se jkunu jistgħu jagħmlu appuntamenti fl-out-patients jew għall-interventi mediċi mill-kliniċi tagħhom.
Il-pazjenti se jkunu jistgħu jirreġistraw mat-tabib tal-familja tagħhom bla ħlas u b’hekk it-tabib tal-familja jkun jista’ juża’ dawn is-servizzi kollha b’xejn f’isem il-pazjenti tiegħu mill-klinika stess. Dan isir mingħajr ebda ħlas żejjed għall-pazjenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990