Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARY GHAS-SAHHA

pr2120
Date Icon 08/12/2009

L-Oppożizzjoni terġa’ tirrikorri għal giddeb dwar is-saħħa

L-Oppozizzjoni  għal darb’oħra qed terġa’ tirrikorri għal ġideb dwar is-saħħa.  Mhu se jkun hemm l-ebda ħlas fir-riforma li se ssir fil-qasam tal-kura primarja.  L-Oppozizzjoni  flok tkun serja u tikkontribwixxi fid-diskussjoni biex jitjiebu s-servizzi tas-saħħa qed tagħżel li tipprova tallarma lill-pazjenti għal xejn b’xejn, kif għamlet drabi oħra.  Għal darb’oħra, l-Oppożizzjoni a qed tipprova tagħmel il-bsaten fir-roti.  Flok l-interess tal-pazjenti u ta’ saħħithom qed tipprova tara kif permezz ta’ qlajjiet u gideb, tikseb gwadann partiggjan. 

Il-Gvern irid li jsaħħaħ aktar ir-rwol tat-tobba tal-familja.  Għal kuntrarju l-Oppożizzjoni  qed turi li m’għandiex fiduċja fit-tobba tal-familja u qed tipprova tiskreditahom. 

Il-Gvern offra li nhar it-Tnejn li għadda jagħmel preżentazzjoni lill-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa Michael Farrugia u Anthony Zammit iżda dawn qalu li kellhom impenji oħra fil-Partit Laburista.  Il-Gvern jibqa’ dispost li jiltaqa’ mal-Oppożizzjoni biex jispjegalha aktar id-dettalji tat-titjib propost.  Fil-ġranet li ġejjin il-Gvern se jkun qiegħed jiltaqa’ ma’ assoċjazzjonijiet mediċi u mal-pubbliku dwar ir-riforma proposta.  Il-Gvern jibqa’ miftuħ għall-ideat u għas-suġġerimenti.  Fl-istess waqt il-Gvern permezz tal-linja 188 qiegħed jilqa’ suġġerimenti mingħand il-pubbliku. 

Il-Gvern hu impenjat li jkompli jtejjeb is-servizzi tas-saħħa li joffri mill-isptarijiet u miċ-ċentri tas-saħħa u li dawn jibqgħu b’xejn.  Hu impenjat li jkompli jsaħħaħ il-kura primarja. 

Ir-riforma li ħabbar il-Gvern nhar is-Sibt li għadda hi intiża biex il-pazjenti jingħataw aktar servizzi permezz tat-tabib tal-familja:   

  • It-tabib tal-familja se jkollu aċċess għar-rekords mediċi tal-pazjenti tiegħu jew tagħha fl-isptarijiet u fil-laboratorji tal-Gvern. 
  • It-tabib tal-familja se jkun jista’ jiffissa appuntamenti għall-pazjenti reġistrati miegħu, fl-isptar Mater Dei u fiċ-Ċentri tas-Saħħa mill-klinika tiegħu jew tagħha.
  • It-tabib tal-familja se jkun jista’ jikteb direttament hu jew ibiddel mediċini lill-pazjenti li huma intitolati li jirċievu mediċini b’xejn mill-ispiżeriji tal-Gvern jew mill-ispiżeriji taħt l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek
  • It-tobba tal-familja se jkunu jistgħu jagħmlu appuntamenti fl-out-patients jew għall-interventi mediċi mill-kliniċi tagħhom.

Il-pazjenti se jkunu jistgħu jirreġistraw mat-tabib tal-familja tagħhom bla ħlas u b’hekk it-tabib tal-familja jkun jista’ juża’ dawn is-servizzi kollha b’xejn f’isem il-pazjenti tiegħu mill-klinika stess.  Dan isir mingħajr ebda ħlas żejjed għall-pazjenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow