SINDKI MILL-KALABRIJA JILTAQGĦU MA’ SINDKI GĦAWDXIN
pr2119
07/12/2009
| Grupp ta’ sindki | mir-reġjun tal-Kalabrija fl-Italja għamlu żjara ta’ ġurnata f’Għawdex fejn kellhom l-opportunità li jżuru diversi postijiet ta’ interess u jiltaqgħu mas-sindki Għawdxin. |
| Id-delegazzjoni | nġabet Malta minn Link School of English u kienet immexxija minn Giuseppe Scopelliti Sindku ta’ Reggio Calabria. |
| Is-Sindku | Scopelliti qed imexxi proġett li permezz tiegħu jrid jara r-rabtiet bejn il-Kalabrija u Malta jissaħħu u li tiġi promossa Malta fir-reġjun tal-Kalabrija. Ma’ Scopelliti f’Malta ġew is-sindki kollha mir-reġjun tal-Kalabrija li huma interessati f’dan il-proġett. Matul din iż-żjara s-sindki setgħu jsiru jafu aktar dwar ix-xogħol li diġà sar u dwar il-pjani li hemm għall-futur. |
| Waqt laqgħa li saret fis-Sentinella fiċ-Ċittadella, | is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said irringrazzja lil Scopelliti għax-xogħol li qed jagħmel biex isaħħaħ ir-rabtiet ma’ Malta. Huwa qal li grazzi għall-kollaborazzjoni ma’ Link School of English madwar 7,000 student żaru Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż. Dan ġie megħjun ukoll mill-fatt li l-Air Malta qed topera vjaġġi lejn Reggio kuljum. |
| Chris Said faħħar din l-inizjattiva fejn il-miżati | tat-tagħlim u l-ispejjeż tal-ajru qed jiġu sussidjati mill-muniċipalità. Chris Said esprima x-xewqa li issa jkun hemm ukoll l-opportunità li studenti Maltin iżuru r-reġjun tal-Kalabrija fuq programmi kulturali, inizjattivi sportivi u studju tal-lingwa Taljana fl-Università Dante Alighieri. |
| Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll il-kollaborazzjoni | diretta mal-kumpanija ta’ produzzjoni televiżiva bażata f’Għawdex CVC Ltd li wasslet għal żjara edukattiva fin-naħa t’isfel tal-Kalabrija. Hawn sar dokumentarju speċjali dwar ir-reġjun u kull ġimgħa qed jidher slot ta’ informazzjoni dwar lokalitaijet differenti fil-Kalabrija fuq it-televiżjoni nazzjonali. S’issa ġiet imxandra informazzjoni dwar Reggio, Villa San Giovanni, Scilla, Tropea, il-muntanji Aspromonte u Gambaria Gerace. |
| Chris Said awgura li din l-ewwel laqgħa bejn | is-sindki tal-Kalabrija u s-sindki Għawdxin twassal għal riżultati pożittivi u għal suċċess akbar tal-inizjattiva anki permezz ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990