IL-PRESIDENT GEORGE ABELA FIT-TIELET LAQGĦA MA’ PERSUNI B’DIŻABILITA’ FIL-PALAZZ IL-BELT
| Dalgħodu l-Palazz il-Belt laqgħa madwar 200 | persuna b’diżabilita waqt attivita’ li fiha kellhom l-opportunita’ jaraw is-Swali statali u imbgħad jitkellmu mal-Persident u s-Sinjura Abela. Din it-tielet laqgħa, li hija kontinwazzjoni tal-laqgħat li saru f’Mejju u f’Ottubru, qeda ssir propju fil-ġimgħa tal-persuni b’diżabilita’. Waqt din il-laqgħa li kienet organizzata mill-Ufiċċju tal-President bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ tkellmu erba’ persuni b’diżabilita’ li ddiskutew diversi suġġetti. |
| Jeanesse Abela tkellmet dwar iż-żgħażagħ | b’diżabilita’ u postijiet pubbliċi ta’ divertiment, is-Sur Joe Camilleri qara d-diskors ta’ Steve Mulvaney dwar ix-xogħol bħala dritt ta’ kull persuna b’diżabilita’ filwaqt li Joseph Stafrace tkellem dwar kif żgħażagħ b’diżabilita’ jistgħu ikomplu l-istudju terzjarju u l-importanza tal-għajnuna ta’ klieb gwida għall-persuni neqsin mid-dawl. Brian Micallef imbgħad tkellem dwar is-servizzi Residenzjali u Sapport fil-komunita’. |
| Il-President Abela filwaqt li esprima l-pjaċir | tiegħu u tas-Sinjura Abela li jiltaqa’ ma’ persuni b’diżabilita’ f’din it-tielet laqgħa fil-Sala tat-Tron, faħħar id-diskorsi li nqraw illum. Saħaq fuq l-importanza tal-klieb gwida sabiex persuni neqsin mid-dwal jgħixu ħajja indipendenti. Il-President George Abela ħabbar li l-Malta Community Chest Fund ser tkun qed tipprovdi żewġt iklieb gwida għall-persuni neqsin mid-dawl fis-sena li ġejja u appella lill-għaqdiet u soċjetajiet sabiex jagħtu l-konbribut tagħhom f’dan ir-rigward il-għalhiex dan jista’ jgħin lil dawn il-persuni jgħixu ħajja ferm iktar indipendenti. |
| Filwaqt li faħħar il-Liġi Opportunitajiet Indaqs | il-President qal li l-Uffiċċju tiegħu qed jonora din il-liġi u fil-fatt tlett persuni mill-istaff tiegħu huma persuni b’diżabilita’. Fakkar lil dawk li jħaddmu illi jinsabu f’obbligu li anke huma jagħmlu dan u jagħtu x-xogħol lill-persuni b’diżabilita’ li kapaċi jaħdmu b’mod produttiv daqs ħaddieħor. Il-President George Abela qal li s-soċjeta’ Maltija imxiet ’il quddiem u saret ħafna iktar iklussiva minn kif kienet qabel sabiex persuni b’diżabilita’ ikunu integrati fis-soċjeta. Irringrazzja lis-Sur Joe Camilleri, Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’, għall-konbribut kbir li ta f’dan il-qasam, kif ukoll lill-familjari tal-persuni b’diżabilita’filwaqt li awgura lil dawk kollha preżenti l-isbaħ xewqat għal Milied hieni u sena mill-isbaħ. |
| L-attivita’ tal-lum ma setgħetx tkun possibili | mingħajr d-dedikazzjoni ta’ ħafna nies fosthom il-ħaddiema u l-helpers tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilita’, is-Supretendent tar-Residenza San Vincenz de Paule, Dott. Ronald Fiorentino u x-xufiera tal-vannijiet li għal darb’oħra pprovdew it-trasport tar-residenza għal min kellu bżonn, kif ukoll lill-Meli group talli ipprovdew ukoll transport b’xejn. Ringrazzjament ukoll għall-membri tal-korp tal-Pulizija tal-għassa tal-Belt u s-Supretendent Sandra Mamo li assiguraw il-parkeġġ u iggwidaw lill dawk li attendew il-laqgħa. L-attivita’ ta’ dalgħodu fil-Palazz il-Belt, li huwa aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’, bdiet b’guided tours mħejjija apposta bil-għajnuna tal-Heritage Malta, liema għajnuna kienet ukoll apprezzata mill-President George Abela. Wara l-laqgħa, l-President u s-Sinjura Abela tkellmu iktar mill-viċin ma’ dawk preżenti u semgħu l-ideat u l-ħsibijiet tagħhom, anke dawk personali. |
| Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Sur Joe | Camilleri, Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ u s-Sinjorina Vickie Gauci li hija Principal Senior Occupational Therapist. |
| Isegwu d-diskorsi li saru minn persuni | b’diżabilita: |
DISKORSI MINN PERSUNI B’DIŻABILITA’
ŻGĦŻAGĦ B’DIŻABILITA’ U POSTIJIET PUBBLICI U TA’ DIVERIMENT
Diskors ta’ Jeanesse Abela (Nuqqas ta’ Mobilita’)
Eċċellenza, Mrs. Abela, ġenituri u ħbieb,
| L-ewwel nett ħa nintroduci lili nnfsi. Jiena | jisimni Jeanesse Abela, għandi 33 sena, għandi diżabilità fiżika u naħdem bhala skrivana. Barra minn hekk, immexxi grupp ta’ żgħażagħ b’diżabilità fiżika li jismu 'Living Ability Not Disability' magħruf ukoll bħala LAND. Dan il-grupp twaqqaf f’Awwissu 2002 minni u minn ħabibti Michelle Cilia. Jien ġejt mistiedna biex nagħmel intervent rigward il-Postijiet Pubbliċi ta' Divertiment partikolarment għaż-żgħażagħ b'diżabilità. |
| Minħabba d-diżabilità li għandi, se taqrali dan | l-intervent l-assistenta personali tiegħi. |
| Jien minn dejjem kelli l-ħbieb li stajt noħroġ | magħhom izda xtaqt li żgħażagħ oħra bħali jew b’xi tip ta’ dizabilità fiżika oħra jkollhom l-istess opportunitatjiet għal ħajja soċjali bħal żgħażagħ oħra. Għalhekk, flimkien ma’ Michelle x-xewqa tiegħi saret realtà. Il-Grupp LAND għandu diversi għanijiet imma dak ewlieni huwa s-soċjalizzazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fiżika, biex b’hekk inżidu l-għażla u ngħinu biex tinħoloq soċjetà Maltija aktar inklużiva. |
| Il-grupp huwa magħmul minn żgħażagħ b’kull tip | ta’ diżabilità fiżika u żgħażagħ li m’għandhomx diżabilità li flimkien iqattgħu ħin ta’ divertiment u ħbiberija, u fl-istess ħin qed inderru lis-soċjetà taċċetta l-fatt li persuni b’diżabilità għandhom kull dritt jgħixu l-ħajjithom bħaż-żgħażagħ l-oħra. |
| Iż-żgħażagħ għandhom ħafna postijiet fejn imorru | iżda mhumiex kollha aċċessibbli għal min juża siġġu tar-roti. Mhux l-ewwel darba li mort Paceville u l-istabbilmenti ma jkunux adattati għalija. Daqqa ssib xi erba’ tarġiet u daqqa ssib xi sular taraġ fejn ġieli jew nispiċċa ma nidħolx jew ikollhom jerfgħuni l-bouncers. Dan mhux sew għax aħna għandna d-dritt niddervertu bħal kull żagħżugħ u żagħżugħa u għandna d-dritt li nidħlu fejn nixtiequ aħna. |
| Vera li teżisti l-Liġi Opportunitajiet Indaqs | (Persuni b’Dizabilita’) u regolament tal-MEPA li mis-sena 2000 ‘l hawn, kull min jibni xi post ġdid, inkluz positijiet ta’ divertment, għandu jibnih b'mod li jkun aċċessbbli għal kulħadd inkluż min juża siġġu tar-roti. Imma sfortunatament mhux qed ikunu infurzati biżżejjed. Hemm bżonn li l-MEPA tieħu passi dixxiplinari sabiex postijiet bħal dawn jinbnew skont il-liġi. |
| Minbarra l-postijiet ta' divertiment, hemm ukoll | il-problema tal-ipparkjar, jiġifieri meta tiġi biex tipparkja f'postijiet riservati, issib li jkunu diġà ttieħdu minn persuni li ma jkollhomx l-isticker il-blu. Dan mhux sew għalina għax minħabba f'hekk naqtgħu qalbna u nispiċċaw immorru lura d-dar jew nipparkjaw 'l bogħod wisq. Hemm bżonn li l-gwardjani lokali jieħdu l-passi meħtieġa kontra min jipparkja fil-postijiet riservati. Ħaġa oħra li tweġġagħni hija li spiss il-karozzi jipparkjaw quddiem ir-rampi b'mod li ma jkunx jista’ jgħaddi siġġu tar-roti u għalhekk ikollna ngħaddu mit-triq b'sogru kbir. |
| Dawn il-problemi ma jinstabux biss f'Paceville | iżda fi kwalunkwe post ieħor, bħal: Buġibba, Marsaskala, tas-Sliema, l-Belt u ħafna oħrajn. Spiss dawn il-problema huma r-riżultat ta' nuqqas ta’ ħsieb min-naħa ta' kull individwu. Mhumiex biss il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti li jħossu dawn il-weġgħat, imma anke l-anzjani u l-ommijiet bit-tfal u t-trabi żgħar bil-pushchairs. |
Problema oħra hija t-trasport pubbliku. Huwa biss tul l-aħħar snin li t-trasport pubbliku beda jsir aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Qabel lanqas kont toħlomha li persuna b’siġġu tar-roti tuża tal-linja minħabba li bilfors trid tuża t-taraġ. Issa minn mindu introduċew tal-linja bil-‘low floor’ sa ċertu punt saret komda li persuni b’diżabilità jużaw tal-linja.
| Għidt sa ċertu punt għax l-ewwel nett persuna ma | tistax tirkeb waħidha u trid tkun megħjuna minn xi ħadd inkella tispiċċa tiċċaqlaq ma’ kull skoss jew ħofra peress li t-toroq tagħna mhumiex neqsin minnhom! It-tieni ħaġa hi li għad m’hawnx biżżejjed karozzi tal-linja bil-‘low floor' allura wieħed ikollu joqgħod jistenna sakemm tiġi waħda li tgħodd għalih. U xi ngħidu għat-trasport privat li ħafna mill-għaqdiet volontarji jikruhom biex jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom. Dawn huma komdi għax jiħduk fejn tixtieq int, però huma għoljin wisq biex tikrihom u kultant persuna waħedha rari tuża dan is-servizz għax taqta’ qalbha mill-prezz li jitolbuha. Naħseb li wasal iż-żmien li xi garaxxijiet jibdew joffru l-possibilita’ li jinkrew vannijiet żgħar ‘self-drive’. Dan għaliex ħafna persuni b’diżabilita’ llum jaħdmu u għalhekk jistgħu jaffordjaw kirja bi prezz raġonevoli u fl-istess waqt dejjem jistgħu jsibu driver minn fost tal-familja jew ħbieb. |
| Ma nistax ma nsemmix il-mentalità ta’ | ħafna nies fil-mod kif iħarsu lejn żagħżugħ jew żagħżugħa b’diżabilità fil-pubbliku. Vera li ż-żminijiet inbiddlu imma meta jaraw li xi ħadd b’siġġu tar-roti, joqogħdu lura milli jkellmuh jew inkella jittrattawh ta’ tifel żgħir. Aħna ma rridux min jittrattana b’dan il-mod għax nafu niddevertu u nieħdu gost bħal kulħadd. Din l-attitudni trid tinqata' għax aħna nieħdu gost nagħmlu ħbieb ġodda u nitħalltu ma’ żgħażagħ oħra u naqsmu l-esperjenzi ma’ xulxin. |
| Għamilna passi 'l quddiem f’pajjiżna imma għad | fadal xi jsir biex ikollna soċjetà inklużiva. Hemm bżonn li l-awtoritajiet jaħdmu aktar biex dawn il-problemi jitnaqqsu u jinstab tarfhom malajr kemm jista’ jkun. B’hekk ngħixu ħajja iktar faċli bla ostakli u nkunu aktar indipendenti. |
Grazzi ħafna.
______________________________________________________________
IX-XOGĦOL DRITT GĦALINA LKOLL
Diskors minn Steve Mulvaney
| (Steve Mulvaney, żgħażugħ | li għandu nuqqas ta’ smigħ profond, u żgħażugħ li qed isegwi kors ta’ studji fl-MCAST dwar l-Inġinerija tal-Karozzi. Steve huwa wkoll apprendist-ħaddiem ma’ kumpanija privata tal-karozzi. ) |
| Hello. Jien jisimni Steven Mulvaney u nixtieq | nirringrazzjak Eċċellenza ta’ din l-opportunita’ biex nagħmel dan id-diskors. |
Jien persuna Deaf u ilni Deaf mit-twelid. Missieri u ommi ukoll Deaf u għalhekk jien għandi esperjenza tajba dwar il-Kultura tal-persuni Deaf. Għandi ukoll esperjenza tajba dwar komunikazzjoni bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Bħalissa jien qed inlesti l-aħħar sena ta’ l-istudji tiegħi fl-MCAST. Fl-istess ħin qed nagħmel apprentestat ma’ kumpanija tal-karozzi.
| Jien naħseb li biex issib xogħol tajjeb illum | il-ġurnata huwa importanti li jkollok bażi soda ta’ edukazzjoni f’livelli differenti biex tkun tista’ iġġib iċ-ċertifikati meħtieġa. Għalhekk huwa importanti hafna li nies b’diżabilita’ jkollhom aċċess għal edukazzjoni u opportunitajiet indaqs bħal studenti ohra. |
| Barra minn dan persuni b’diżabilita’ jkollhom | bżonn diversi forom differenti ta’ sappport biex ikunu jistgħu jkollhom opportunitajiet indaqs għal qasam tax-xogħol. Dawn ivarjaw bejn għajnuna strutturali bħal ma huma rampi, lifts, eċċ. Għajnuna materjali bħal ma huma kompjuter u apparat apposta biex ikabbru il-font tal-kliem u FM systems. Flessibilita’ fil-mod kif isir ix-xogħol, jew fil-ħinijiet tax-xogħol. Numru żgħir ħafna ta’ persuni b’diżabilita’ jistgħu jkollhom bżonn ta’ sapport fuq il-post tax-xogħol --- imma dawn numru żgħir ħafna. |
| Per eżempju, fil-kas tiegħi ġieli jkolli bżonn | nagħmel użu mill-Interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija, imma dan jiġri rari. |
| Dwar ix-xoghol addattat, f’Malta hawn nies | b'diżabilita’ li għandhom xogħol ta’ livell baxx ħafna u hemm ftit minnhom li għandhom xogħol ta’ livell għoli. Ħafna drabi l-livell ta’ impjieg li persuna ssib tiddependi ħafna mill-livell ta’ edukazzjoni. |
| Jien naħseb li dawn l-employers aktar qed | jitkellmu hekk minħabba li m’humiex infurmati tajjeb. Per eżempju, aktar minn 70% ta’ persuni b’dizabilita’ jużaw kompjuters u softwarestandard u m’għandhomx bżonn addattamenti speċjali. Fejn isiru addattamenti, bħal toilets aċċessibbli, lifts, jew modifikazzjonijiet oħra, dawn jgħinu mhux biss lill-ħaddiema b’diżabilita’, imma jgħinu lill-ħaddiema kollha biex ħadd ma jbati bla bżonn. |
| Ħafna employers ma jafux dwar id-diżabilitajiet | tagħna. Per eżempju, fil-kas tagħna l-persuni Deaf, dawn jaħsbu li aħna kollha ma nisimgħu xejn. Imma dan mhux veru. Aħna għandna livelli ta’ smigħ differenti u hawn min jisma’ xi ħsejjes, filwaqt li hawn min verament ma jisma’ xejn. |
| Ukoll huma jaħsbu li diffiċli biex jitkellmu ma | persuna Deaf. Imma dan għaliex huma ma jafux il-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Imma aħna xorta għandna d-dritt u l-kapaċita biex nitkellmu magħhom. Jien kont naħdem ma nies oħra u nitkellem magħhom mingħajr problemi. Dejjem konna naħdmu flimkien biex nitgħallmu iktar. Fejn kelli bżonn dejjem tlabt għall-għajnuna u dejjem sibt lil min kien lest biex jgħini u jurini x’għandi nagħmel. Fl-istess ħin meta haddieħor kellu bżonn l-għajnuna tiegħi, jien dejjem kont nagħmel mill-aħjar li nista’ biex ngħin u nispjega fejn ma jifhmux. |
| Issa kemm jien u kemm sħabi tax-xogħol f’din | il-kumpanija ninsabu ferħanin naħdmu flimkien. Dwar il-paga tax-xogħol aħna nafu li din xi kultant ma tkunx bħal paga ta’ ħaddiehor li jaħdem fl-istess livell tagħna. |
| F’Malta hawn opportunitajiet ta’ access għal | xogħol għal min għandu xi diżabilita’, imma jien inħoss li dawn l-opportunitajiet m’humiex indaqs bħal dawk ta’ nies li m’għandhomx diżabilita’. Il-Liġi dwar l-Impjieg tal- Persuni b’Diżabilita’ (tal-1969) tgħid li f’kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 20 ruh, suppost ikun hemm impjegati 2% ta’ nies b’diżabilita’ rregistrati mal-ETC u li qed ifittixu x-xoghol. Imma, hafna drabi din il-ligi mhux dejjem qed tigi mħarsa. |
| Jien inhoss, li n-numru ta’ persuni b’diżabilita’ | li jigu mpjegati minn kumpanija differenti u mill-Gvern għandu jizdied. |
| Importanti li nżommu f’moħħna li dejjem naraw | il-persuna u t-talenti tagħha qabel ma naraw id-diżabilita’. Nixtieq nerga’ nirringrazzjak ta’ din l-opportunita’ u nispera li kollha jkollna futur sabiħ u iktar opportunitajiet differenti fuq il-post tax-xogħol. |
ŻGĦAŻAGĦ B’DIŻABILITA’ LI JKOMPLU L-ISTUDJU TERZJARJU U L-GĦAJNUNA LI L-KELB GWIDI
Joseph Stafrace (Nuqqas ta’ Dawl)
Punti li iddiskuta.
L- importanza li żgħażagħ b'diżabilita' jistudjaw l-universita'
L-ostakli li jiltaqa' magħhom studenti universitarju b'diżabilita'
| X'qed tagħmel | l-Universita' biex tgħina ngħelbu dawn l-isfidi |
| X'sodisfazzjon iħoss | bħala student universitarju |
| Il-progress tiegħu fl-istudju, f'dik li hi | indipendenza u fil-ħajja soċjali |
Dwar il-kelb gwida
Kif jitqabbel il-persuna mal-kelb
Kif jaħdem mal-kelb gwida tiegħu
Kif wieħed għandu jieħu ħsieb kelb gwida
Is-soċjeta' Maltija qed taċċetta l-klieb gwida? (fit-triqat, fil-postijiet pubblici, ecc?)
SERVIZZI RESIDENZJALI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITA’
Diskors ta’ Brian Micallef (Diżabilita’ Intelletwali)
Tixtieq tintroduci ruhek?
Jiena Brian Micallef.
Fejn toqghod?
Ngħix id-Dar tal-Providenza.
X’taghmel matul il-ġurnata?
Immur l-Ability Centre.
X’isir l-Ability Centre?
- Nitkellem ma’ sħabi u nieħdu kafe flimkien
- Nara t-television u DVDs
- Nisma’ l-mużika
- Nagħmlu drama
- Ikun hemm il-crafts u l-pottery
- Fil-ġnien ikabbru l-ħxejjex u jbiegħuhom
- Nużaw il-komputer
X’tagħmel fuq il-komputer?
Logħob. U nikteb l-ittri lill-penfriend.
Ġie li jkollok ħarġiet mid-Dar tal-Providenza?
Fil-birthdays immorru nieklu flimkien.
Ġie li tmur xi attivitajiet?
Nara xi play meta jkun imissni jew immorru Għawdex.
| X’tagħmel | iżjed? Tagħmel xogħol mal-Kummissjoni? |
| Nagħmel | talks lin-nies u nieħu sehem fil-laqgħat. |
| Hemm xi xogħol | ieħor li tixtieq tagħmel? |
Inkun DJ jew nippreżenta.
Fejn tkun tixtieq tippreżenta?
Id-Dar tal-Providenza u anke barra.
Ġie li jkollok opportunita tippreżenta?
| F’xi play jew meta jiġu n-nies id-Dar | tal-Providenza. |
| Semmejt li inti toħroġ | meta jkun imissek. Għaliex ma toħroġx iktar sikwit? |
| Għax | irrid nagħti ċans lil sħabi. |
| Imma jkun hemm biżżejjed staff u trasport biex tkunu tistgħu | toħorġu kemm tixtiequ? |
Le m’hemmx. Għandna bżonn iżjed.
| Għaliex | hu tajjeb li toħorġu aktar sikwit? |
| Għax | tiltaqa’ man-nies u ssir tafhom. Titkellem maghhom u taghmel hbieb godda. |
| Hemm xi | ħaġa oħra li tixtieq li jkun hemm għad-Dar tal-Providenza? |
Il-karozzi tal-linja.
| Għaliex | tixtieq li jkun hemm aktar karozzi tal-linja? |
| Biex jiġu tal-familja tiegħi u l-ħbieb | tiegħi. |
U inti tkun tista’ tuzahom il-karozzi tal-linja?
Jekk ikun hemm rampa iva.
X’għandhom bżonn iżjed il-persuni b’diżabilita f’Malta?
Li jkollhom postijiet fejn jgħixu.
| Hemm xi | ħaġa oħra li tixtieq tgħid? Lil xi ħadd li tixtieq tirringrazzja? |
| Grazzi lill-President ta’ din il-laqgħa, Grazzi lill-Kummissjoni għax | magħhom nitgħallem ħafna, Grazzi lill-istaff tad-Dar tal-Providenza talli jieħdu ħsiebi. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990