STRATEĠIJA TA’ ŻVILUPP LOKALI GĦAR-REĠJUN TAX-XLOKK
pr2112
05/12/2009
| Il-Grupp Azzjoni Lokali Xlokk (GAL Xlokk), | wieħed mit-tlett gruppi ffurmati miż-żoni rurali ta’ Malta u Għawdex, illum ħabbar ix-xoghol li sar bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni li kien qed imexxi sabiex ikun jista’ jfassal Strateġija ta’ Żvilupp Lokali taħt il-programm tal-Unjoni Ewropeja LEADER. Iż-żewġ gruppi l-oħra li jilħqu l-maġġoranza tal-lokalitajiet rurali taż-żewg gżejjer huma l-Grupp ta’ Azzjoni tal-Majjistral u dak ta’ Għawdex, li bejniethom jiġbru taħt il-kappa tagħhom 40 lokalità rurali f’Malta u Ghawdex. |
| Il-konsultazzjoni f’Għawdex waslet fi tmiemha | filwaqt li dik tal-Majjistral għaddejja bħalissa. L-istrateġiji tat-tliet Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL) għandhom ikunu mfassla sal-aħħar ta’ Diċembru. |
| Waqt il-laqgha organizzata mil-GAL Xlokk, | kien preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, fejn semma kif kull wieħed mit-tlett GAL ingħata €90,000 biex ifassal din l-strateġija biex itejjeb l-iżvilupp sostenibbli rurali lokali. Chris Said saħaq dwar l-importanza li l-inizzjattiva tal-programm Leader tgħaqqad flimkien is-settur pubbliku mas-settur privat, operaturi fil-qasam tal-agrikoltura, operaturi fit-turiżmu, kif ukoll NGO’s. Infatti l-GAL Xlokk qed tgħaqqad flimkien 12-il Kunsill Lokali mir-reġjun tax-Xlokk ta’ Malta u 15-il operatur mis-settur privat. |
| Chris Said qal li l-programm LEADER jiffoka | fuq sistema fejn l-istrateġiji jiġu ppjanati minn isfel għal fuq u hekk l-akbar kontribut ikun qed jasal minn l-eqreb livell possibbli lejn ir-resident. Is-Segretarju Parlamentari semma li l-għanijiet ta' dan il-programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea huma li jkabbar u jippreserva iż-żoni agrikoli, jippromovi il-valur turistiku taż-żoni rurali, jippromovi il-wirt storiku naturali u kulturali u li tisaħħaħ l-ekonomija ambjentali biex b’hekk ikunu jistgħu jinħolqu l-impjiegi. |
| Chris Said faħħar il-fatt li l-GAL Xlokk | għalaq b’suċċess il-parti tal-konsultazzjoni, fejn ġew organizzati 13-il laqgħa fil-lokalitajiet kif ukoll 3 laqghat settorjali mal-NGOs tar-reġjun, mal-Kunsilli Lokali u mal-operaturi msieħba. Il-konsultazzjoni ser isservi ta’ bażi għall-iżvilupp tal-istrateġija fil-lokalitajiet rurali li jiffurmaw parti minn dan il-grupp. Tlestew ukoll l-iSWOT analyses u l-miżuri biex jindirazzaw il-problemi tar-reġjuni rurali. Dan se jwassal biex jinstabu l-aktar soluzzjonijiet adattati għall-problemi speċifiċi taż-żoni rurali tar-reġjun tax-Xlokk. B’dan il-mod, qal Chris Said is-soluzzjonijiet għall-isfidi li jiffaċċjaw il-lokalitajiet f’dan ir-reġjun ikunu qed isiru b’mod pjanat u maħsuba mir-residenti, għaqdiet u entitajiet, b’rabta speċifika mal-istess lokalitajiet. |
| It-tip ta’ inizjattivi li se jkunu koperti | permezz ta’ fondi mill-Programm LEADER jinkludu inizjattivi fl-agrikoltura, fil-marketing, taħriġ u studju, kif ukoll investimenti kapitali fuq proġetti pjanati speċifikament għat-territorju u li ma jistgħux jiġu finanzjati minn fondi oħra. Għal dawn l-inizjattivi b’kollox hemm allokati kważi €4 miljun fuq medda ta’ 3 snin speċifikament għad-dispożizzjoni tat-tliet gruppi ta’ azzjoni, u li se jgħinu biex joħolqu differenza għall-aħjar fiż-żoni rurali, kompla jgħid Chris Said. |
| Il-pass li jmiss ghal-GAL Xlokk hu li | jippreżenta l-istrategija biex tiġi approvata mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. |
| Il-Kunsilli Lokali membri ta' dan il-GAL huma | Birżebbuġa, Gudja, Għaxaq, Kirkop, Luqa, Mqabba, Marsaskala, Marsaxlokk, Qormi, Qrendi, Xgħajra u Żejtun. L-entitajiet privati ta’ din il-fondazzjoni jinkludu lil 4 Jays Artigjanat, Falcon Tours Ltd, Ramblers Association, San Niklaw Estates, Carmelo Desira, Stone Art Works, Malta Organic Agr. Mov., Polidano Bros Ltd, Silver Craft Prod. Ltd, Outdoor Sports Association (M’Skala), Fenech Farm u d-Dipartiment tal-Ekonomija tal-Universita` ta’ Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990