IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI L-ONOR DR JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-KOMPETITTIVITA’
pr2111
04/12/2009
| Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi l-Onor Jason Azzopardi kien fi Brussel jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Kompetittivita’. |
| F’din il-laqgħa ġew diskussi bosta temi | fosthom il-qafas legali dwar l-industrija tal-gaming inkluz ir-remote gaming, suġġett li jeffetwa mill-viċin ‘l pajjżina. |
| Fl-intervent tiegħu Jason Azzopardi qal li | Malta tieħu nota tar-Rapport tal-Presidenza dwar il-qafas legali tal-industrija tal-gaming, filwaqt li turi id-diżappunt tagħha li dan ir-rapport ma jirriflettix id-diskussjoni li saret fil-grupp ta’ ħidma bejn l-istati membri dwar dan is-suġġett. |
| Is-suġġett tal-gaming kien diskuss mill-istati | membri tal-UE, iżda r-rapport tal-presidenza li tħejja wara dawn id-diskussjonijiet ma kienx qed jirrifletti dak li ġie diskuss. |
| Fid-dawl ta’ dan Malta qed targumenta li ma | taqbilx mar-rakkomandazzjoni li id-diskussjonijiet għandom jibqgħhu isiru, ladarba dawn mhux jirriflettu skop ċar għalfejn qiegħdin isiru. |
| Għalhekk flimkien mar-Renju Unit illi esprima | l-istess pożizzjoni, Malta għamlet dikjarazzjoni f’dan ir-rigward biex tiġi miżjuda fil-minuti tal-Kunsill. Tali proposta ġiet aċċettata. |
| Fost it-temi l-oħra li ġew diskussi kien hemm, | il-patent Ewropew li esperjenza żblokk wara 47 sena ta’ diskussjonijiet, it-twaqqif tal-kumpanija privata Ewropea, Proposta ta’ direttiva għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur u l-prioritajiet tal-Presidenza Spanjola. |
| Il-Kunsill tal-Ministri kellu ukoll laqgħa | privata ma’ l-għola diriġenti tal-kumpanija tal-karozzi Amerikana GM, fil-preżenza tal-Kummissarji Verheugen u Kroes, dwar l-aħħar pjan ta’ ristrutturar tal-GM fl-Ewropa u l-kompatibilita’ tiegħu mar-regoli tal-Unjoni Ewropea ta’ State Aid. |
| Jakkumpanjaw ‘l Jason Azzopardi kien hemm | Lino Mintoff Kap tas-Segretarjat għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet kif ukoll Anton Spiteri, direttur għall-Affarjiet Ewropej. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990