IN-NUNZJU APPOSTOLIKU F’MALTA IŻUR DAR ARKA F’GĦAWDEX
pr2107
04/12/2009
| Fl-okkażjoni tal-ġimgħa ddedikata għal | persuni b’diżabilità, in-Nunzju Appostoliku f’Malta, Mons. Tommaso Caputo kien mistieden għal żjara uffiċjali f’Dar Arka f’Għajnsielem. |
| Waqt din iż-żjara, Mons. Emmanuel Curmi, | Direttur tal-Fondazzjoni Arka, li tmexxi din id-dar, dawwar lin-Nunzju Appostoliku mal-faċilitajiet u s-servizzi li jingħataw f’Dar Arka. Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono u l-E.T. l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech. |
| Il-Ministru Giovanna Debono qalet li l-impenn | u d-dedikazzjoni tal-Fondazzjoni Arka, u l-ħidma valida li din qed twettaq b’risq dawk li jeħtieġu s-servizzi ta’ l-Arka Respite Centre, jagħtu kontribut siewi fil-qasam soċjali marbut ma’ dawk il-persuni b’diżabilità f’Għawdex. |
| Il-Fondazzjoni Arka f’Għawdex hi | organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) li ilha tieħu ħsieb individwi bi bżonnijiet speċjali għal dawn l-aħħar snin. Il-Fondazzjoni, permezz tar-Respite Centre, tieħu ħsieb persuni bi bżonnijiet speċjali kemm fuq bażi permanenti kif ukoll fuq bażi temporanja. |
| It-tmexxija ta’ Dar Arka tiddependi fuq | il-ġenerożità ta’ benefatturi u donazzjonijiet mill-pubbliku. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990