Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA, WAQT CERIMONJA TA’ TQASSIM TA’ CERTIFIKATI TA’ KORS FUQ L-OCCUPATIONAL THERAPY – SPTAR MATER DEI – 4 TA’ DIĊEMBRU 2009

pr2104
Date Icon 04/12/2009
Illum iltqajna hawnhekk propju biex jiġimniedi DVD promozzjonali dwar l-occupational therapy kif ukoll biex jitqassmu ċ-ċertifikati lill-parteċipanti ta’ kors fl-isplinting li ġie organizzat mill-istaff ta’ l-occupational therapy fl-outpatients unit fl-isptar Mater Dei. Dawn iż-żewġ inizjattivi mportanti jimlewni b’ħafna kuraġġ u huma xhieda li l-professjonisti tagħna qed jikkollaboraw bis-sħiħ biex jilħqu l-miri ambizzjuzi li qed inpoġġu quddiemhom.
L-iżvilupp tar-riżorsi umani huwaindispensabbli biex il-pazjent jirciervi l-aqwa kura possibbli. L-ekonomija moderna titlob mill-ħaddiema tagħna livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ kontinwu u flessibilita’. Dak li jgħodd għas-setturi kollha ta’ l-ekonomija jgħodd ukoll għas-settur tas-saħħa. L-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam tas-saħħa kemm mill-aspett teknoloġiku kif ukoll mill-aspett mediku, qed igibu magħhom bidliet kbar fil-modi ta’ kif nittrattaw il-pazjenti tagħna fil-proċess kollu tal-kura. Kemm fil-fażi akuta kif ukoll fil-fażi ta’ riabilitazzjoni.
Il-viżjoni tal-gvern għall-qasam tas-saħħaf’pajjiżna hija waħda ambizzjuża. Il-mira tagħna hi li sa l- 2015 nagħmlu minn Malta ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tas-saħħa. Dan jitlob impenn sħiħ mill-gvern kif ukoll mis-setturi kollha nvoluti kemm amministrattivi kif ukoll fl-oqsma tar-riżorsi umani. Il-gvern jinsab impenjat li jkompli jinvesti fl-iżvilupp tar-riżorsi umani permezz ta’ investiment fis-settur ta’ l-edukazzjoni bl-iskop li nżidu il-bażi ta’ ‘knowledge economy’. Kien b’dan l-impenn f’moħħna li fil-budget ta’ l- 2009 ivvotajna €362 miljun fi programmi biex inkomplu ntejbu l-ħiliet tal-poplu tagħna bl-edukazzjoni u bit-taħriġ.
Ċertament li d-dipartimenti tal-occupationaltherapy f’Malta u Għawdex qed jikkontribwixxu lejn din il-viżjoni. Matul is-sena 2008 saru madwar 113,000 sessjoni ta’ occupational therapy fid-dipartimenti kollha. Dan meta wieħed jikkonsidra illi l-istaff tad-dipartimenti kollha tal-occupational therapy ma jaqbizx il-120 ħaddiem. Dan huwa turija ċara illi l-effiċjenza u l-kontabilita’ huma meħtieġa biex inkunu nistgħu inwettqu l-viżjoni tagħna. Dawk fdati bit-tmexxija tad-dipartimenti fil-professjonijiet rispettivi jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jimmotivaw u jiżviluppaw il-ħiliet ta’ l-istaff tagħhom. Mill-banda l-oħra dawk il-professjonisti u ħaddiema li jiksbu ħiliet ġodda permezz tat-taħriġ għandhom huma wkoll jikkontribwixxu billi jgħaddu ħiliet ġodda lil sħabhom.
F’dan il-kuntest l-inizjattiva meħuda mill-istaffta’ l-outpatients fid-dipartiment ta’ l-occupational therapy fl-isptar Mater Dei hija ta’ min ifaħħarha u jinkoraġġiha. Fi sfond ta’ klima finanzjarja diffiċli dawn l-occupational therapists kienu kreattivi u organizzaw kors speċjalizzat fl-isplinting għal sħabhom.
Dan il-kors ġie organizzat b’sagrifiċċjupersonali mill-occupational therapists involuti, u ħafna mix-xogħol ta’ riċerka sar fil-ħin liberu tagħhom. Tant hu hekk li l-ħidma biex jiġi organizzat dan il-kors ma naqqset xejn mir-ritmu fil-kura tal-pazjenti li jaraw. Fil-fatt fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena fl-outpatients unit tad-dipartiment ta’ l-occupational therapy f’Mater Dei saru madwar 5,000 sessjoni ta’ terapija u ġew manifatturati ftit aktar minn 200 splint.
Grazzi għall-ħidma sfiqa ta’ l-istaff ninsabinfurmat li dan huwa wieħed mid-dipartimenti f’Mater Dei fejn m’hemmx waiting list. Il-ħidma ta’ dawn l-occupational therapists għandha sservi ta’ eżempju għal kulħadd.
Il-produzzjoni ta’ dvd promozzjonali dwarl-occupational therapy huwa mod tassew innovattiv kif nippromwovu s-servizzi tagħna mal-pubbliku. Biex dan il-proġett seta’ jsir kien meħtieġ koordinament bejn id-dipartimenti kollha ta’ l-occupational therapy kif ukoll kollaborazzjoni sħiħa mad-dipartiment tal-Medical Illustrations f’Mater Dei.
Id-dipartiment tal-Medical Illustrations fl-isptarMater Dei immexxi mis-Sur Brian Cassar qed jaqdi funzjoni mportanti ħafna kemm fit-tixtrid ta` għarfien dwar professjonijiet differenti kif ukoll fl-aspett ta` Continuing Professional Development ta` l-istaff fl-isptar Mater Dei. L-investiment li ghamilna f’dan id-dipartiment f’apparat mill-aktar avvanzat tal-fotografija, stampar u video-conferencing qed jagħti l-frott. Bosta huma dawk il-professjonijiet li qed jagħmlu uzu minn dan is-servizz.
Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzjalis-Sinjura Joanna Chetcuti - Manager tal-Occupational Therapy Services, lis-Sinjura Doriette Bonello - Principal Occupational Therapist fl-isptar Mater Dei u l-occupational therapists kollha nvoluti f’dawn il-progetti. Grazzi wkoll lis-sur Brian Cassar - Manager fid-Dipartiment tal-Medical Illustrations tax-xogħol fejjiedi li jagħmel mal-professjonijiet kollha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow