Left arrow Mur Lura

Trasferiti  63 anzjan/a fi proċess ta’ Migrazzjoni

pr2103
Date Icon 04/12/2009
Matul il-jumejn li għaddew ġew trasferiti 63anzjan u anzjana mit-Transitional Ward 1 u Transitional Ward 2 fl-Isptar Karen Grech, għas-swali l-ġodda San Ġorġ Preca u Santa Bernardetta fil-kumpless St. Jeanne Antide. Dawn iż-żewġ swali ġodda nfetħu nhar il-Ħadd, 29 ta’ Novembru 2009.
It-trasferiment ta’ dawn it-63 pazjent mexa blaebda problema u tlesta fi ftit ħin.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kurafil-Komunita`, l-Onor. Mario Galea, jixtieq jirringrazzja u juri l-apprezzament tiegħu lill-istaff li kien involut f’din il-migrazzjoni, kif ukoll lill-Kummissajru tal-Pulizija u l-pulizija għall-kooperazzjoni tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari jirringrazzja ukolllill-pazjenti nvoluti u lill-qraba  għas-sehem importanti tagħhom.

L-Onor. Mario Galea awgura lill-pazjenti f’St. Jeanne Antide, li issa qed igawdu l-kumdita` u s-sbuħija ta’ din il-binja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow