Trasferiti 63 anzjan/a fi proċess ta’ Migrazzjoni
pr2103
04/12/2009
| Matul il-jumejn li għaddew ġew trasferiti 63 | anzjan u anzjana mit-Transitional Ward 1 u Transitional Ward 2 fl-Isptar Karen Grech, għas-swali l-ġodda San Ġorġ Preca u Santa Bernardetta fil-kumpless St. Jeanne Antide. Dawn iż-żewġ swali ġodda nfetħu nhar il-Ħadd, 29 ta’ Novembru 2009. |
| It-trasferiment ta’ dawn it-63 pazjent mexa bla | ebda problema u tlesta fi ftit ħin. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura | fil-Komunita`, l-Onor. Mario Galea, jixtieq jirringrazzja u juri l-apprezzament tiegħu lill-istaff li kien involut f’din il-migrazzjoni, kif ukoll lill-Kummissajru tal-Pulizija u l-pulizija għall-kooperazzjoni tagħhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari jirringrazzja ukoll | lill-pazjenti nvoluti u lill-qraba għas-sehem importanti tagħhom. |
L-Onor. Mario Galea awgura lill-pazjenti f’St. Jeanne Antide, li issa qed igawdu l-kumdita` u s-sbuħija ta’ din il-binja.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990