Left arrow Go Back

AĊĊESS MIFTUĦ GĦAT-TAGĦLIM

pr2098
Date Icon 04/12/2009

Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u l-MITA ikkofinanzjaw xogħol ta’ LAN extensions fi tnax-il skola primarja tal-Gvern. Għall-ewwel darba, il-klassijiet tal-kindergarten għandhom aċċess għall-internet. L-iskejjel primarji fejn saru x-xogħlijiet huma:  Sta. Venera, B'Kara, Attard, Naxxar, Rabat, San Pawl il-Baħar, Fgura, Kalkara, Żabbar, Żejtun, Żurrieq, Ħamrun.

Punti mid-Diskors tal-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar. 

o      Iż-żgħażagħ tal-lum jikkomunikaw b’modi iktar avvanzati mill-ġenerazzjonijiet ta’ qabel.  

o      L-internet sar litteralment kritiku għall-ħajja taż-żgħażagħ u adulti. L-internet sar jintuża għal tant affarijiet diversi: xiri onlajn, riservar ta’ biljetti ta’ l-ajru, emajls flok ittri, riċerka ta’ informazzjoni u ħafna iktar. 

o      Fl-Ingilterra f’Ottubru ġie ppubblikat survey interessanti minn Professor Michael Hulme (Insitute for Advanced Studies, Lancaster University) ‘Life Support: Young People’s needs in a digital age’ ikkummissjonat minn YouthNet (organizzazzjoni onlajn tal-karita).  

o       L-għan ta’ l-istudju kien li minn riċerka fuq 994 żagħżugħ ta’ l-eta minn 16 sa 24 sena, jiġi studjat kif il-komunikazzjoni diġitali jkollha impatt fuq l-imġiba taż-żgħażagħ.  

o       L-istudju sab li:

  • 75% miż-żgħażagħ intervistati qalu li ma jgħixux mingħajr l-Internet.
  • 45% qalu li jħossuhom l-iktar kuntenti meta jkunu onlajn.
  • 82% qalu li użaw l-internet biex ifittxu informazzjoni u pariri għalihom infusom, u
  • 60% qalu li użaw l-internet biex ifittxu informazzjoni u pariri għal nies oħra.

o      Dan l-istudju juri kemm l-internet mhuwiex biss mod ta’ kif wieħed iżomm kuntatt ma’ nies oħra. 

o      Min għandu 25 sena jew inqas huwa meqjus bħala digital native għaliex mdorri f’ambjent ta’ kompjuters, internet, mobajl, logħob diġitali. Iż-żgħażagħ tal-lum l-informazzjoni jriduha fl-immedjat, pereżempju l-internet jiffaċilita li ż-żgħażagħ isibu ħbiebhom onlajn x’ħin iridu.  

o      L-internet sar importanti għaż-żgħażagħ u t-tfal. Jekk aħna qabel konna mmorru l-librerija biex nagħmlu l-homework, issa t-tfal jużaw l-Internet. Jekk aħna qabel konna nilagħbu fit-toroq, it-tfal issa jilagħbu u jikkomunikaw flimkien mid-dar fuq l-internet.  

o      Niżbaljaw jekk ma napprezzawx biżżejjed l-importanza ta’ l-internet jew ma nħallux iż-żgħażagħ u tfal jaċċessaw l-internet, sakemm ngħallmu t-tfal ikunu attenti x’ jagħmlu fuq l-internet.  

o      L-internet huwa mezz ta’ komunikazzjoni importanti u ż-żgħażagħ u t-tfal jifmuh iktar milli naħsbu. Għalhekk huwa tajjeb li noffru iktar aċċess għall-internet fl-iskejjel tagħna.  

o      L-użu tal-kompjuter u l-internet qisu istint naturali sar għat-tfal anke ta’ l-eta tal-kindergarten. Jekk ittihom logħob diġitali ma jdumux ma jitgħallmu jużawh, ħafna drabi l-adulti jdumu iktar biex jitgħallmu! Huwa importanti li aċċess għall-internet ikun offrut mill-iżgħar età ta’ meta wieħed jibda jattendi l-iskola. Fid-dinja tal-lum, jekk ma tafx tuża l-kompjuter u l-internet faċilment tkun eskluż.  

o      L-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern kollha għandhom aċċess għall-internet, issa li qed jibda jinfirex għall-klassijiet tal-kindergarten ser jipprepara iktar lill-istudenti meta jibdew il-livell primarju.  

o      Bi ħsiebna ninvestu aktar fl-iskejjel. Fil-fatt, fil-programm ta’ l-elearning, qed nippjanaw li noffru bandwidth speeds aħjar fl-iskejjel biex it-tfal fl-iskejjel ikunu jistgħu jagħmlu attivitajiet iktar interattivi u ta’ interess. 

o      Mhux biss importanti li noffru l-aqwa teknoloġiji fl-iskejjel tagħna, imma importanti wkoll li l-għalliema jkunu lesti u preparati għat-teknoloġija daqs u iktar mit-tfal. Fiż-żmenijiet tal-lum, għalliem li mhux lest juża t-teknoloġija fil-klassi, ikun qed jonqos lit-tfal u l-ġenituri tagħhom. Edukazzjoni m’għadiex tfisser kotba biss, imma saret tinkludi l-internet ukoll.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow