Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa,  waqt Konferenza Stampa dwar Seminar bit-tema: ‘Breastfeeding as part of Cinemums’ - San Ġiljan -  3 ta’ Diċembru 2009

pr2095
Date Icon 03/12/2009
Nixtieq l-ewwelnettnirringrazzjakom talli għal darb’oħra għoġobkom tkunu magħna biex twasslu l-messaġġi li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jkollu xi jwaslilkom.
Sabiex iżid l-għarfiendwar it-treddigħ mis-sider fost l-ommijiet Maltin, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ser jorganizza seminar dwar it-Treddigħ mis-Sider, nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru fl-9.45 a.m. Dan is-seminar ser isir fl-Eden Century Cinemas bħala parti mill-inizjattiva Cinemums.
Il-ħalib tal-omm fihis-sustanzi kollha neċessarji sabiex it-tarbija tikber u tiżviluppa b’saħħitha. Filwaqt li l-ħalib tal-omm joffri reżistenza kontra numru ta’ infezzjonijiet u kundizzjonijiet li jaffettwaw it-trabi, instab li l-benefiċċji tiegħu jibqgħu jidhru saħansitra meta dak li jkun isir adult.
Aparti mill-benefiċċjilit-trabi, l-ommijiet li jreddgħu it-tarbija tagħhom igawdu minn saħħa aħjar ukoll. It-treddigħ mis-sider tal-omm inaqqas ir-riskju li l-mara jaqbduha certu tipi ta’cancers, filwaqt li jżid is-self-esteem u s-saħħa mentali tal-mara.
It-treddigħmis-sider tal-omm jgħin sabiex ikun hemm għaqda bejn l-omm u t-tarbija tagħha u jgħin fl-iżvilupp psikoloġiku, emozzjonali u soċjali tat-tarbija.
Filwaqt likien hemm żieda inkoraġġanti f’dawn l-aħħar snin fir-rata ta’ nisa Maltin li jagħżlu li jreddgħu it-trabi tagħhom, għad hemm lok għal titjib f’din ir-rata. Studju li sar riċentement sab li minn dawk in-nisa li jreddgħu t-trabi tagħhom, sittin fil-mija jkunu waqfu mit-treddiegħ qabel ma’ t-tarbija tagħhom tagħlaq sitt xhur. Huwa għalhekk importanti li nkomplu nagħtu kull tip ta’ appoġġ lill-ommijiet sabiex ikunu jistgħu jkomplu jreddgħu t-trabi tagħhom.
Fostdawn is-servizzi nsibu l-Breastfeeding Clinic fl-Isptar Mater Dei li tagħti appoġġ u pariri professjonali lill-ommijiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow