Left arrow Mur Lura

IL-KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA F’NEW DELHI SSAĦĦAĦ IL-KUNTATTI MA’ SETTURI FIL-QASAM TAL-KUMMERĊ, TURIŻMU U EDUKAZZJONI FL-INDJA

pr2094
Date Icon 03/12/2009
Il-Kummissjoni Għolja Maltija fl-Indja,immexxija mill-Kummissarju Għoli Wilfred Kenely, qed taħdem bis-sħiħ sabiex tkabbar il-kuntatti u tippromwovi l-Malta bħala destinazzjoni għall-investiment, għat-turiżmu u l-edukazzjoni, waqt żjara li huwa għamel f’West Bengal. Matul din iż-żjara huwa ltaqa’ ma’ diversi uffiċjali tal-gvern, organizzazzjonijiet kummerċjali u nies oħra importanti minn diversi setturi fil-f’Kolkata, li hija l-kapitali tal-istat ta’ West Bengal.
Il-Kummissarju Għoli Kenely iltaqa’ mal-Gvernaturta’ West Bengal, Gopalkrishna Gandi. Huwa kellu laqgħat ukoll mal-Ministru tal-Edukazzjoni Għolja Sri Sudarsan Raychaudhuri. Matul il-laqgħa mal-Ministru tal-Edukazzjoni, huma ddiskutew is-settur edukattiv f’Malta u kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jibbenefikaw b’ħidma iktar mill-qrib bejniethom.
Il-Kummissarju Kenely kellhu laqgħatimportanti wkoll mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Bharat is-Sur Pavan Poddar. Waqt sessjoni ta’ laqgħat, organizzati minn din il-Kamra, il-Kummissarju Għoli għamel diskors dwar Malta u l-potenzjal tagħha għall-investiment. Huwa semma fost oħrajn l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, l-investimenti fir-riżorsa umana, u s-setturi tant importanti tal-IT u l-pożizzjoni strateġika ta’ Malta.
Dan l-avveniment attendew għalih numrukonsiderevoli ta’ nies mill-qasam kummeċjali u ġurnalisti. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ enfasizza s-suċċess ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u sostna li ż-żewġ pajjiżi għandhom x’joffru fl-iżvilupp ekonomiku u edukattiv. Il-media, kemm tal-lokal kif ukoll dik nazzjonali, tat importanza kbira lil dan l-avveniment.
Laqgħa oħra saret mal-Kap Eżekuttiv ta’Heritage School, is-Sur P.K. Agarwal. Dan iċ-ċentru edukattiv huwa mmexxi mit-Trust Kalyan Bharti u joffri edukazzjoni minn livelli ta’ qabel il-primarja sa’ livelli universitarji fit-teknoloġija. Dan iċ-ċentru edukattiv qed jesplora l-possibbilta’ li jikkolabora iktar mill-viċin ma’ Malta.
Dwar it-turiżmu, il-Kummissjoni Għoljastiednet lill-Assoċjazzjoni tal-aġenti tal-ivvjaġġar f’Kolkata sabiex jispjega l-potenzjal ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika. Matul din is-sessjoni, l-aġenti tal-ivvjaġġar urew interess f’bosta oqsma, partikolarment dwar ir-rotot tal-ajru, l-industrija tal-cruise-liner u l-possibilta’ li Malta tkun promossa fil-qasam tal-industrija Indjana tal-films.

Tagħrif fuq Kolkata

Kolkata hija l-belt l-aktar importantifil-qasam kummerċjali u finanzjarju fil-Lvant tal-Indja. Hija ċ-ċentru għal diversi zoni industrijali li jħaddmu korporazzjonijiet Indjani kbar, b’taħlita ta’ prodotti li jvarjaw minn tessuti għall-elettronika.
Uħud minn dawn il-kumpaniji kbar huma ITCLimited, Bata India, Birla Corporation, Coal India Limited, Damodar Valley Corporation, United Bank of India, UCO Bank u Allahabad Bank. Is-settur tal-IT kien kruċjali għal dan l-istat sabiex isaħħaħ l-ekonomija.
Kolkata hija meqjusa wkoll bħala passaġġ għalstati Ażjatiċi oħrajn bħal Malasja, l-Indonesja, Singapore, it-Tajlandja, Vietnam u pajjizi oħra bħall-Awstralja u n-New Zealand
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow