Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali – Kontijiet Pubbliċi għas-sena 2008
| Fit-2 ta’ Diċembru 2009, l-Awditur | Ġenerali ppreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, r-Rapport Annwali tiegħu dwar il-Kontijiet Pubbliċi għas-Sena Finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2008. Dan sar skond l-Artiklu 108(5) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u sotto-para. 5 (ii) u para. 7 tal-Ewwel Skeda tal-Att tal-Awditur Ġenerali u tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), 1997. |
| Apparti l-osservazjonijiet li | jidhru fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali, l-istatements u l-kontijiet pubbliċi li kienu soġġetti għall-verifika tal-Uffiċċju kienu ppreżentati b’mod adattat skond il-policies ta’ kontabilita’ tal-Gvern. Fost il-punti prinċipali li jissemmew fir-Rapport hemm dawn li jidhru hawn isfel. |
| Wara l-eżami tar-Rapport | Finanzjarju2008, l-NAO innota: |
· li interessi t’obbligazzjoni mniżżla bħala dħul kienu mħallsa effettivament mill-Gvern;
· inħareġ Advance ta’ madwar €25.3 miljun għal skopijiet ta’ kontabilita’ għall-14th Social Security Benefits dovuti fis-sena 2008;
· l-istima ta’ €14.1 miljun, intenzjonat biex jitħallsu minnhom it-Treasury Clearance Fund Advances, ma ġietx fil-fatt utilizzata;
· ma setax ikun żgurat li kien komplut għall-aħħar ir-rappurtaġġ dwar id-Dikjarazzjonijiet ta’ Investimenti, ta’ talbiet minsija, dwar telf ta’ flus kontanti u dwar affarijiet imħassra minn fuq reġistri ta’ stores;
· il-bilanċi skond il-Cash Book u l-Bank Ċentrali, kif imniżżla fir-Rapport Finanzjarju 2008 għadhom ma jikkorrispondux ma’ l-ammonti skond id-Dikjarazzjoni ta’ Rikonċiljazzjoni Bankarja; u
· l-Ittri ta’ Rassigurazzjoni u Garanziji Bankarji laħqu l-figura ta’ €774 miljun.
| Għal darb’oħra, numru ta’ | Ministeri u Dipartimenti naqsu li jibagħtu r-Return Annwali tagħhom ta’ Arretrati ta’ Dħul għas-sena 2008. Figuri ta’ wħud mid-Dipartimenti kellhom jiġu ppubblikati eżatt kif ġew mogħtija, waqt li oħrajn kienu nieqsa minn rendikont dettaljat tal-ammonti mniżżla. |
| Il-lista ta’ Kontijiet | Bankarji, sottomessa mill-Banek Kummerċjali, wara eżami li saret fuqhom instab li ma kienux kompluti. It-Teżor mhux f’pożizzjoni li jivverifika jekk il-Ministeri/Dipartimenti humiex jużaw il-Kontijiet Bankarji tagħhom għall-għan oriġinali tagħhom. Dan ma jistax jagħmlu minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn il-Ministeri/Dipartimenti, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment (MFEI) u l-istess Teżor. |
| Wara emendi fil-Pensions | Ordinance, il-Finanzi stabbilixxa t-talbiet li kienu relatati mal-ammonti li l-Gvern kellu jieħu mingħand entitajiet, u dawn fl-aħħar tal-2008 kienu jammontaw għal €7.38 miljun. L-eżerċizzju ta’ verifika żvela li l-Ministeru tal-Finanzi (MF)/Diviżjoni tat-Teżor ma’ kellhomx sistema konsistenti u perjodikali għal dawk li huma talbiet. |
| L-iċċekkjar ta’ kontrolli | nterni eżistenti, fir-rigward tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali Klassi 2 (ta’ wara l-1998), żvela li 28,810 minn dawk li jħallsu t-taxxa, b’bilanċ attwali ta’ €4.5 miljun, huma issa f’arretrati. |
| Waqt li kienet qed issir | verifika fid-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty, l-NAO innota li kien hemm diskrepanza ta’ €928,294 bejn ir-rimborsi tal-Provisional Duty maħruġa fis-sena 2008, skond is-sistema tal-Capital Transfer Duty, u l-figura skond id-Departmental Accounting System. Mis-sistema tal-Capital Transfer Duty ġie nnotat wkoll in-nuqqas ta’ dettalji dwar propjeta’ jew informazzjoni mhux korretta dwarha. Fiż-żewġ sistemi ma nstabux ukoll rendikonti ta’ numru ta’ ċekkijiet ta’ rimborsi. |
| Biex aktar jistħarreġ l-iżviluppi | li kien hemm wara l-verifika tiegħu tas-sena 2006 dwar is-Sistema tal-VAT għal dak li hu tpartit ta’ informazzjoni (VIES), u fl-istess ħin josserva jekk ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġewx addottati, l-NAO wettaq eżerċizzju ieħor ta’ verifika f’dan id-Diviżjoni. |
| Wara li ġew ivverifikati t-Tribunali | Lokali u għal Talbiet Żghar ġie nnottat li l-Kummissarji kienu qed jitħallsu skond kull Seduta, irrispettivament min-numru ta’ każijiet li jisimgħu. In-nuqqas ta’ dokumentazzjoni llimitat l-verifika li għamlet id-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja dwar pagamenti lill-Kummissarji. |
| Għal dawk li għandhom | x’jaqsmu l-Arretrati ta’ Dħul is-sistema u l-proċeduri eżistenti fid-Dipartiment tal-Pulizija hemm bżonn ikunu aġġornati. Rigward l-armi, evidenti huwa n-nuqqas ta’ informazzjoni adekwata dwarhom, tant li kien hemm każi fejn lanqas biss setgħu jinstabu. |
| L-Energy Benefit, | biex permezz tiegħu jittaffa l-effett li ż-żieda fil-prezzijiet taż-zejt kellha fuq il-kontijiet tal-ilma u l-elettriku, kien għal madwar 29,000 residenza eliġibbli. It-testijiet li twettqu fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ndikaw dgħjufija fil-kontrolli nterni, fejn uħud mill-benefiċjarji qabżu l-limitu applikabbli. |
| Saret verifika fid-Dipartiment | tal-Anzjani u Kura Komunitarja f’Malta u fil-Ministeru għal Għawdex dwar l-infieq b’rabta mal-iskema tas-servizzi ta’ Kura u Għajnuna fid-Dar. Osservazzjonijiet komuni jinkludu dawn: (i) in-nuqqas ta’ ċċekkjar tad-dħul, (ii) qed tiġi ċċarġjata miżata nominali fissa irrispettivament mis-servizzi mogħtija, u (iii) n-nuqqas ta’ audit trail tat-transazzjonijiet. |
| Ġiet eżaminata l-proċedura | eżistenti, ta’ mingħajr ħlas, ta’ self ta’/radd lura t’apparat mediku mill-Isptar Mater Dei lill-isptarijiet u kliniċi privati. Għandu jkun hemm deskrizzjoni ċara, preferibilment bil-miktub, tar-responsabilitajiet u kontabilita’ fejn għandu x’jaqsam apparat mediku misluf mill-Isptar Mater Dei. |
| Id-dritt amministrattiv ta’ | 10%, iċċarġjat mill-MEPA lill-Gvern fir-rigward ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sistema Ewlenija ta’ Drenaġġ, ma kienx dokumentat. Kontrolli nterni mħaddma mill-Ministeru tal-Investiment, Industrija u Informazzjoni Teknoloġika mhumiex suffiċjenti u dan wassal biex il-MEPA fl-aħħar tas-sena għad fadlilha tgħaddi lill-Gvern madwar €2.7 miljun f’kontribuzzjonijiet imsemmija. |
| Ma’ setgħetx issir verifika | finanzjarja regolari fuq il-kontijiet tas-Snin Finanzjarji 2006-2008 relatati ma’ Fondi li jaqgħu taħt ir-Regolamenti għall-Pilotaġġ u l-Irmiġġ, 1975. Waqt laqgħa li saret, fost il-kwistjonijiet li tqajmu kien hemm is-sostenibilita’ tal-Fond għall-Irmiġġi. |
| Ġew ukoll ittestjati l-Iskemi | ta’ Sapport fil-qasam tal-Agrikultura b’rabta mas-Sussidji għal-Laħam tal-Majjal u l-Frott u l-Ħxejjex. Ir-Rapport iffoka fuq l-ineżattezzi li nstabu meta tħallsu dawn is-sussidji, kif ukoll fuq in-nuqqasijiet t’effiċjenza nnotati fil-proċess ta’ treġija u fl-amministrazzjoni taż-żewġ skemi fejn jikkonċernaw dawn is-sussidji. |
| Waqt verifika fuq ix-xiri u | l-attivitajiet kontrattati, b’mod speċifiku, pagamenti maħruġa mill-fond tas-Soċjeta’ Ċivili amministrat mill-Forum Malta fl-Ewropa, f’numru ta’ każijiet ma nstabux dettalji dokumentati. Nieqsa wkoll kienet l-evidenza li tissapportja xi pagamenti li saru. |
| Il-verifika fuq ix-Xiri tal-Operational | Materials and Supplies mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex kienet limitata. Dan għaliex kien hemm nuqqas t’informazzjoni provduta meta mitluba, flimkien man-nuqqas ta’ sistema li żżomm rendikont tal-istokk ta’ provvisti tal-ikel. Ġew identifikati wkoll numru ta’ irregolaritajiet prinċipali bħal nuqqas ta’ kontroll fis-Sezzjoni tal-Provvisti tal-Ikel. |
| L-€4 miljun varjazzjoni fl-infieq | tal-Operational and Maintenance fil-Forzi Armati ta’ Malta prinċiparjament kienet minħabba nuqqas ta’ previżjoni ta’ miġja t’aktar immigranti rregolari f’pajjiżna. Ġew innotati wkoll nuqqasijiet f’dik li hi żamma t’inventarju ta’ vetturi. |
| Wara verifika mwettqa mill-NAO | fi snin imgħoddija, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Xiri, dan l-Uffiċċju ddeċieda li jwettaq verifika t’osservanza b’rabta mas-Servizzi Kontrattwali u Professjonali fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, id-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali u d-Direttorat tat-Turiżmu. Nuqqasjijiet komuni li ġew innotati kienu dawn: |
· Ma kienx hemm ftehim ma’ dawk li jipprovdu s-servizzi u/jew regolamenti tax-xiri ma ġewx osservati.
· Bidu ta’ servizz qabel ma kien hemm approvazzjoni jew kuntratt formali.
· Ma kienx hemm estensjoni formali tal-ftehim eżistenti.
· L-ammont iċċarġjat minn dawk li jipprovdu s-servizz ma setax jiġi vverifikat.
· Mad-dokumenti tal-pagament ma nstabux riċevuti fiskali jew tax invoices.
Mir-rapporti ta’ verifika tal-Kunsilli Lokali kollha u mill-Ittri bil-Kummenti tal-Awdituri privati, l-osservazjonijiet prinċipali kienu dawn:
· Rapporti Finanzjarji kwalifikati kien hemm ta’ tnejn u ħamsin kunsill minn total ta’ sebgħa u sittin wieħed.
· Tnax-il Kunsill Lokali rrapporta Working Capital negattiv fir-Rendikont tal-Istat tal-Affarijiet waqt li erbgħa u għoxrin irreġistraw żbilanċ fil-kont tad-Dħul u Nfieq tagħhom. L-Indikatur tas-Sitwazzjoni Finanzjarja rreġistrat minn għoxrin kunsill kien taħt il-livell ta’ 10%.
· Kien hemm Kunsill Lokali partikolari li ma ssottomettix ir-Rapport ta’ Verifika tiegħu sat-13 ta’ Novembru 2009.
| L-eżami u verifika fil-Kummissjoni | Għolja Maltija f’Londra, Ministeru tal-Affarijiet Barranin, kienu limitati għax meta ntalbu xi dokumenti dettaljati dawn ma ġewx provduti. In-nuqqas ta’ kontroll u segregazzjoni ta’ dmirijiet f’ċerti taqsimiet kien evidenti. |
| L-NAO permezz tas-sezzjoni | tal-IT tiegħu għamel xogħol ta’ verifika fil-qasam tal-IT fl-Awtorita’ tat-Turiżmu. Din il-verifika iffokat fuq evalwazzjoni tal-Entity Level Controls u l-Ippjanar ta’ Business Continuity. |
Ir-Rapport sħiħ jidher mit-3 ta’ Diċembru 2009 fis-Sit Elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: http://www.nao.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990