Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI U L-MINISTERU GĦALL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2086
Date Icon 02/12/2009
Abbozzi ta’ Avviżi Legali dwarl-Eko Kontribuzzjoni
B’riferenza għall-istqarrija maħruġa llum minnGreenPak, il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon l-impenn muri mill-istess GreenPak li tirriforma l-organizzazzjoni tagħha ħalli tkun f’qagħda aħjar li tilħaq l-obbligi tal-kumpaniji li tirrappreżenta skond obbligi li ilhom fis-seħħ mill-2004.
Il-Gvern jisħaq li l-GreenPak, u skemi simili,għandu jkollhom l-għan ewlieni li jilħqu l-obbligi msejsa fuq il-prinċipju ta’ producer responsibility.  Fl-istess waqt, il-Gvern ifakkar li kwalunkwe rifużjoni jew eżenzjoni għandha tkun biss konsekwenza tas-suċċess li jkollhom fil-ġbir tal-materjal li huma stess ikunu poġġew fis-suq.
L-abbozzi tal-Avviżi Legali li ġew ippublikatifl-10 ta’ Novembru 2009, u li għalihom tirreferi l-GreenPak huma dokumenti għall-konsultazzjoni pubblika.  Il-Gvern ifakkar li, kif iddikjara fid-diskors tal-Budget 2010, u waqt laqgħat li kellu, inkluż ma’ din l-iskema, kien dikjarat li l-Gvern qed jindirizza din il-materja ta’ eżenzjonijiet b’mod gradwali u allura dan huwa proċess li se jibqa’ għaddej fix-xhur li ġejjin, u mhux se jintemm bil-pubblikazzjoni ta’ dawn l-Avviżi Legali.
Wara li jikkunsidra l-kummenti li rċieva,l-Gvern ser ikun qed idaħħal dawn l-Avviżi Legali fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin u wara li jintemmu l-verifiki fuq l-ammonti ta’ skart riċiklabbli, isiru l-ħlasijiet tar-rifużjonijiet / ezenzjonijiet applikabbli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow