19-il Kunsill Lokali jibbenefikaw minn fondi għal Proġetti Speċjali
pr2084
02/12/2009
| Dsatax-il lokalita’ ingħataw għajnuna | finanzjarja sabiex fix-xhur li ġejjin jagħmlu daqstant ieħor progetti.49 Kunsilli Lokali applikaw għal dawn il-fondi b’60 proġett differenti, u minn dawn ġew magħżula dsatax - 13 f’Malta u 6 f’Għawdex. |
| L-għajnuna finanzjarja li b’kollox tammonta għal | aktar minn €350,000 ingħatat mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, waqt attività li saret fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. |
| Dr. Chris Said qal li din kienet waħda | mill-għaxar skemi ta’ fondi speċjali għall-Kunsilli Lokali li ġew imnedija matul l-2009. Din l-iskema kienet intiża biex tgħin Kunsilli Lokali li għandhom proġetti u inizijattivi li huma skond ir-responsabbiltajiet ġodda li ngħataw lill-Kunsilli Lokali permezz tal-emendi li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2009. |
| Dawn il-fondi speċjali qed jingħataw fuq | l-allokazzjoni li ta’ kull sena tgħaddi mill-Gvern Ċentrali lill-Kunsilli Lokali. Chris Said qal li din l-allokazzjoni fl-2009 u 2010 ser tkun żdiedet b’€7.5; minn €24 miljun fl-2008 għal €31.5 miljun fl-2010. |
| Is-Segretarju Parlamentari fisser kif matul | is-sena 2010, il-Kunsilli Lokali mistennija jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom madwar €70 miljun biex ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom. Minn dawn, €31 miljun ser jingħataw bħala allokazzjoni diretta, filwaqt li ser ikunu allokati wkoll €2 miljuni f’fondi speċjali, madwar 3 miljuni għall-proġett Leader għal-lokalitajiet rurali, u fond ta’ €2 miljuni mill-fondi tal-UE għal titjib taż-żoni urbani. |
| Hemm ukoll madwar €6 miljun għal diversi | proġetti ko-finanzjati minn programmi tal-UE, kif ukoll nefqa ta’ madwar €10 miljun fuq it-toroq residenzjali permezz tal-kunċett tal-Private Public Partnership, li ġie mħabbar fl-aħħar budget. Matul is-sena 2010, hemm ukoll €4 miljun mill-Urban Improvement Fund tal-MEPA, kważi €10 miljun mill-fond Commuted Parking Scheme u madwar €4 miljun f’pagi għal aktar minn 300 ħaddiema tal-IPSL u tal-Community Work Scheme assenjati mal-Kunsilli Lokali u mħallsa mill-Gvern. |
| L-Onor. Chris Said qal li din hija somma | record li qed titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kunsilli Lokali, u wera’ t-tama li dawn jaħdmu biex jagħmlu użu tajjeb minn dawn il-fondi kollha u jservu biex iġibu ’l quddiem il-lokalitajiet u jagħtu l-aħjar servizz lir-residenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990