Left arrow Mur Lura

Il-President ta’ Malta iżur iċ-ċentru Santa Marta f’Għawdex

pr2083
Date Icon 02/12/2009
Bħala parti mill-attivitajiet li qed jiġuorganizzati fil-ġimgħa tal-persuni b’diżabilita’ f’Għawdex, il-President George Abela għamel żjara fiċ-ċentru għal matul il-jum ‘Santa Marta’. Dan iċ-ċentru ilu joffri servizzi lill-persuni adulti b’diżabilita’ f’Għawdex għal dawn l-aħħar xhur, wara li ġie inawgurat f’Ġunju li għadda mill-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi.
Madwar erbgħin persuna bi bżonnijiet speċjaliregolarment jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru ta’ matul il-jum f’Għawdex, li jinsab f’post ċentrali u huwa mgħammar u attrezzat biex jaqdi l-eżiġenzi ta’ dawn il-klijenti, f’ambjent akkoljenti li jinsab qrib iċ-ċentru tal-belt Victoria.
L-Aġent Prim Ministru u Ministru għal Għawdex,l-Onor. Giovanna Debono akkumpanjat lill-President waqt din iż-żjara. Huma kienu preżenti għall-quddiesa ċċelebrata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Wara ltaqgħu mal-ħaddiema u persuni b’diżabilità li jattendu dan iċ-ċentru kif ukoll ma’ xi familjari tagħhom li kienu preżenti għal din  l-attività.
Dan iċ-ċentru ġdid ġie mibni bl-iskop lil-Ministeru għal Għawdex  ikun jista’ jtejjeb is-servizzi li ilhom jingħataw f’dan il-qasam matul dawn l-aħħar tletin sena. Dan il-proġett mhux biss kien jinkludi l-bini  u t-tagħmir ta’ ċentru ġdid, iżda fisser ukoll ir-riorganizzazzjoni tas-servizzi marbuta miegħu, billi fil-pjanijiet ingħatat ukoll attenzjoni biex jiġu mtejba t-tmexxija u l-funzjonalità tiegħu.
Għal din l-okkazjoni ġiet inawguratamultisensory room li għandha apparat li jistimula s-sensi f’atmosfera rilassanti. Dan jgħin biex tiġi mtejba l-koordinazzjoni bejn l-għajnejn u l-idejn permezz ta’ eżerċizzji motorji varji. Din il-kamra ser iżżid il-faċilitajiet ma’ dawk eżistenti. Ġiet inawgurata wkoll pittura ta’ Santa Marta maħduma minn wieħed mill-ħaddiema fiċ-ċentru Santa Marta.
Il-President George Abela esprima kemm huwamportanti li iktar ma jgħaddi zmien, persuni b’dizabilita’ juru l-abilta’ taghhom. Iċ-Ċentru Santa Marta qed ikompli jaghti din l-opportunita’.
Min-naħa tagħha, l-Onor. Giovanna Debonotkellmet dwar il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam tad-diżabilità. Hija spjegat kif iċ-ċentru Santa Marta qed jipprovdi servizzi minn post ċentrali li jippromwovi l-integrazzjoni f’soċjetà fejn ħadd ma jibqa’ lura.
Il-Ministru semmiet il-qabża fil-kwalita’ ta’dawn is-servizzi minn meta dawn ġew trasferiti f’dan iċ-ċentru ġdid. B’mod speċjali rreferiet għal one-stop-shop li jiffunzjona b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Għawdxija Persuni b’Diżabilità, li jinkorpora s-servizzi kollha mogħtija fil-qasam tad-diżabilità f’Għawdex.
Dan iċ-Ċentru għalhekk jiffaċilità b’modeffettiv lil dawk li jiġu bżonn dawn is-servizzi billi jnaqqas l-iskariġġ u jżid l-effiċjenza. Iċ-ċentru Santa Marta jipprovdi spazju biex dan is-servizz jingħata minn uffiċċju aktar adegwat, bl-għajnuna ta’ tagħmir aktar modern fl-ambjent stess fejn huma jiltaqgħu kuljum.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow