Il-President ta’ Malta iżur iċ-ċentru Santa Marta f’Għawdex
pr2083
02/12/2009
| Bħala parti mill-attivitajiet li qed jiġu | organizzati fil-ġimgħa tal-persuni b’diżabilita’ f’Għawdex, il-President George Abela għamel żjara fiċ-ċentru għal matul il-jum ‘Santa Marta’. Dan iċ-ċentru ilu joffri servizzi lill-persuni adulti b’diżabilita’ f’Għawdex għal dawn l-aħħar xhur, wara li ġie inawgurat f’Ġunju li għadda mill-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi. |
| Madwar erbgħin persuna bi bżonnijiet speċjali | regolarment jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru ta’ matul il-jum f’Għawdex, li jinsab f’post ċentrali u huwa mgħammar u attrezzat biex jaqdi l-eżiġenzi ta’ dawn il-klijenti, f’ambjent akkoljenti li jinsab qrib iċ-ċentru tal-belt Victoria. |
| L-Aġent Prim Ministru u Ministru għal Għawdex, | l-Onor. Giovanna Debono akkumpanjat lill-President waqt din iż-żjara. Huma kienu preżenti għall-quddiesa ċċelebrata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Wara ltaqgħu mal-ħaddiema u persuni b’diżabilità li jattendu dan iċ-ċentru kif ukoll ma’ xi familjari tagħhom li kienu preżenti għal din l-attività. |
| Dan iċ-ċentru ġdid ġie mibni bl-iskop li | l-Ministeru għal Għawdex ikun jista’ jtejjeb is-servizzi li ilhom jingħataw f’dan il-qasam matul dawn l-aħħar tletin sena. Dan il-proġett mhux biss kien jinkludi l-bini u t-tagħmir ta’ ċentru ġdid, iżda fisser ukoll ir-riorganizzazzjoni tas-servizzi marbuta miegħu, billi fil-pjanijiet ingħatat ukoll attenzjoni biex jiġu mtejba t-tmexxija u l-funzjonalità tiegħu. |
| Għal din l-okkazjoni ġiet inawgurata | multisensory room li għandha apparat li jistimula s-sensi f’atmosfera rilassanti. Dan jgħin biex tiġi mtejba l-koordinazzjoni bejn l-għajnejn u l-idejn permezz ta’ eżerċizzji motorji varji. Din il-kamra ser iżżid il-faċilitajiet ma’ dawk eżistenti. Ġiet inawgurata wkoll pittura ta’ Santa Marta maħduma minn wieħed mill-ħaddiema fiċ-ċentru Santa Marta. |
| Il-President George Abela esprima kemm huwa | mportanti li iktar ma jgħaddi zmien, persuni b’dizabilita’ juru l-abilta’ taghhom. Iċ-Ċentru Santa Marta qed ikompli jaghti din l-opportunita’. |
| Min-naħa tagħha, l-Onor. Giovanna Debono | tkellmet dwar il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam tad-diżabilità. Hija spjegat kif iċ-ċentru Santa Marta qed jipprovdi servizzi minn post ċentrali li jippromwovi l-integrazzjoni f’soċjetà fejn ħadd ma jibqa’ lura. |
| Il-Ministru semmiet il-qabża fil-kwalita’ ta’ | dawn is-servizzi minn meta dawn ġew trasferiti f’dan iċ-ċentru ġdid. B’mod speċjali rreferiet għal one-stop-shop li jiffunzjona b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Għawdxija Persuni b’Diżabilità, li jinkorpora s-servizzi kollha mogħtija fil-qasam tad-diżabilità f’Għawdex. |
| Dan iċ-Ċentru għalhekk jiffaċilità b’mod | effettiv lil dawk li jiġu bżonn dawn is-servizzi billi jnaqqas l-iskariġġ u jżid l-effiċjenza. Iċ-ċentru Santa Marta jipprovdi spazju biex dan is-servizz jingħata minn uffiċċju aktar adegwat, bl-għajnuna ta’ tagħmir aktar modern fl-ambjent stess fejn huma jiltaqgħu kuljum. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990