Left arrow Go Back

JUM DINJI KONTRA L-AIDS

pr2078
Date Icon 01/12/2009
Diskorsminn Dr. Ray Busuttil, Direttur Ġenerali fil-Qasam tas-Saħħa, fl-okkażjoni tat-tnedija ta` kampanja ta` informazzjoni fuq l-AIDS.
“Illum qed nerġa niltaqa magħkom biex għaldarb’ohra nitlob l-għajnuna tagħkom biex inwasslu l-messaġġ tagħna u nfakkru  il-Jum Dinji kontra l-AIDS.  Din il-ġurnata tigi mfakkra għal skop ewlieni: – dak li nerġgħu nqajmu kuxjenza fuq l-HIV u l-AIDS.  Il-marda mhiex qed tħallina ninsewha.  Hawn 33.4 miljun persuna tgħix bil-virus tal-HIV madwar id-dinja, u din il-figura qiegħda tizdied kuljum.  Fis-sena 2008, kien hemm 2.7 miljun każ ġdid ta’ HIV u 2 miljun ruħ mietu bil-marda ta’ l-AIDS.
Dawn il-figuri xejn m’huma sbieħ, iżda din is-senagħandi messaġġ aktar pożittiv mis-soltu.   Aħbar tajba hi li għall-ewwel darba fi tmien snin, qed naraw tnaqqis ta’ infezzjonijiet ġodda tal-HIV, il-virus li jwassal għal-AIDS, madwar id-dinja.  Ir-rata naqset bi 17% u dan it-tnaqqis deher fil-kontinenti kollha.  It-tnaqqis fin-numru ta’ każi ġodda huwa riżultat ta’ programmi vasti ta’ prevenzjoni. U għalhekk huwa importanti li nkomplu nfakkru dan il-jum, biex il-messaġġ tagħna jkompli jasal.
L-infezzjonijiettrażmessi mis-sess, fosthom l-HIV, huma parti mir-realta’ ta’ pajjiżna wkoll,  iżda ir- rata ta’ dan il- mard qiegħda tiżdied f’Malta. Filwaqt li n- nies qed isiru iktar konxji dwar saħħithom u jagħmlu iktar check-ups, din iż-żieda fir-rata ta’ dan it- tip t’ infezzjonijiet tirrifletti wkoll stil ta’ ħajja riskjuza, kemm fiż-żgħażagħ, kif ukoll fl-adulti.
Fissena 2008, kien hemm sitt każijiet ġodda ta’ AIDS, u tletin każ ġdid ta’ HIV. Filwaqt li kien hemm żieda fil-każijiet ta’ HIV mis-snin ta’ qabel, ma kienx hemm kambjament sinjifikanti fin-numru ta’ persuni li nstabu li kellhom l-AIDS.
Il-UNAIDS, li hija aġenzija sponsorjata mill-GħaqdaDinjija tas-Saħħa, għadha kemm waqqfet dik li tissejjaħ online community, jiġifieri post fuq l-internet fejn kull minn hu interessat fl-HIV u AIDS jista jħalli l-kumment tiegħu u jiddiskuti ma` nies oħrajn dwar din il-marda qattiela.  Din l-online community tista tidħol ghaliha fuq AIDSspace.org.  L-għan tagħha huwa li kull minn irid jitkellem, jistaqsi jew jaqsam xi informazzjoni dwar HIV u AIDS, jista jiltaqa u jitkellem ma` nies oħrajn li għandhom l-istess interess.  Min irid jidħol fuq din is-sit jista jissieħeb fuq www.aidsspace.org
Il-UNAIDSħasbet biex twaqqaf din l-online community biex b’hekk tkun qed tuża mezzi moderni ta` komunikazzjoni. L-għan ta’ din l-online community hija li jiżdiedu networks informali dwar l-HIV u b’hekk jintirtu u jintużaw ir-riżorsi kollha possibli kontra l-HIV u l-AIDS.  Dan is-sit ta’ networking soċjali huwa aċċessibli għal kulħadd bla ħlas u jista jilħqu kulħadd, speċjalment min l-aktar ikollu bżonn l-informazzjoni.
Dan kollu jorbot fih it-tema ta’din is-senatal-Jum Dinji kontra l-AIDS, li huwa aċċessibilita ghal kulħadd u d-drittijiet umani.  Dan il-jum huwa importanti biex jitfakkar li l-HIV għadu magħna u għad hemm ħafna x’isir bl-għajnuna ta’ kulħadd. Aċċess għal kulħadd qed nifhmu aċċess għal prevenzjoni, kura u support, kif ukoll nieħdu ħsieb lil min hu milqut bl-HIV.
F’pajjiżna wkoll qed inwasslu messaġġ speċjaligħal dan il-jum, li jorbot mal-prevenzjoni, li hija l-akbar arma li għandna kontra il-virus li jwassal għall-AIDS.  Il-messaġġ tagħna fil-video promozzjonali huwa: ‘If you are sexually active, protect yourself’.  Naħseb li m’għandix għalfejn naqleb dan l-istatement għall-Malti, imma li bniedem jipproteġi lilu nnifsu kontra din l-infezzjoni għandha tkun priorita ta’ kull persuna li hi attiva sesswalment.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow