Left arrow Mur Lura

TISĦIĦ FIS-SISTEMA TAL-ĠBIR TAL-ISKART F’ĦAD-DINGLI

pr2076
Date Icon 01/12/2009
Bħala parti mill-inizjattivi tal-Kunsill Lokalita’ Ħad-Dingli, biex jassigura li l-ammont ta’ skart riċiklat mil-lokalità jiżdied, b’effett mil-lum, qed tissaħħaħ is-sistema ta’ ġbir ta’ skart fil-lokalità.  L-iskart għar-riċiklaġġ permezz tal-borża l-griża se jkun qed jinġabar darbtejn fil-ġimgħa flok darba. Qeda tiġi introdotta bring-in-site oħra biex l-ammont jitla’ għal tlieta, kif ukoll qed tiġi miżjuda ġurnata oħra ta’ meta jinġabar il-bulky refuse fil-lokalità.
Dankollu huwa fid-direzzjoni li qed jagħti l-Gvern biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu sabiex itaffu mill-iskart imħallat li jispiċċa fl-engineered landfill u minflok iżidu l-iskart li jista’ jiġi riċiklat.  Il-Kunsill ta’ Ħad-Dingli qed jimmira li f’sena jżid bi kważi erba’ darbiet l-iskart riċiklat minn 860 kilo kif inhu llum għal 2870 kilo.
Chris Said, Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, faħħar lil Ħad-Dingli li għalkemm lokalità żgħira qed tagħti s-sehem tagħha biex jintlaħqu l-miri nazzjonali fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart.  Dan qed isir ukoll permezz ta’ kampanja edukattiva mar-residenti kollha finanzjata minn GreenMt, li qed tidhol għal ftehim mal-Kunsill ta’ Dingli biex tiġbor b’xejn l-iskart li jmur għar-riċiklaġġ.
Is-Segretarju Parlamentari enfasizzal-importanza ta’ kampanja edukattiva biex tinbidel il-mentalità fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart.  Huwa semma kif għaxar snin ilu kienu jiġu vvutati kwart ta’ miljun ewro għall-immaniġġjar tal-iskart u llum qed jiġu vvutati 16-il miljun ewro fis-sena għal dan l-iskop.
Chris Said għamel referenza għax-xogħol li qedisir f’dan il-qasam mill-Wasteserv u l-kunċetti ġodda li daħlu bħall-bring-in-sites mifruxa ma’ Malta u Għawdex u l-ġbir tal-borża l-griża nhar ta’ Tlieta, li llum qed jindraw u qed jiġu użati tajjeb.  Hu qal li l-Kunsilli Lokali huma strumentali biex wasalna s’hawn u kien għalhekk li qed jingħataw inċentivi finanzjarji biex jaħdmu u jżidu sostanzjalment l-ammont ta’ skart minn kull lokalità li jmur għar-riċiklaġġ.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli huwa wieħedeżemplari fejn jidħol l-ambjent; ingħata l-fondi biex jagħmel studju dwar is-sostenibilità tal-lokalità mill-Gvern; ħa fondi wkoll biex jagħmel pannelli fotovoltajiċi, u qed jaħdem biex iżomm fl-aħjar stat l-ambjent rurali mill-isbaħ tal-lokalità.
DrSaid enfasizza l-importanza tal-indafa u għamel referenza għall-inizjattiva Lokalitajiet Indaf li għadha kemm ingħalqet u li ser terġa’ ssir fl-2010. Din il-Kampanja li ntrebħet il-bieraħ mill-Kunsill Lokali Mellieħa u li fiha pparteċipaw 60 Kunsill, ġiet imnedija biex tinħoloq kuxjenza dwar l-impotanza tal-indafa fil-lokalitajiet kollha. B’hekk jekk kull lokalità tagħmel l-almu tagħha tkun qed twassal biex il-pajjiż kollu jinżamm nadif.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow