Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA Ċ-ĊELEBRAZZJONI TA’ LEJLIET L-EWWEL TAS-SENA FI TRIQ SANT’ANNA, FLORIANA

pr2074
Date Icon 01/12/2009
Waqt it-tnedija tal-attività “ĊelebrazzjoniNazzjonali ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena” li se tkun organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Floriana fil-31 ta’ Diċembru fi Triq Sant’ Anna fil-Floriana, attendew ukoll is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco; u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said.
Din l-inizjattiva kisbet fondi mill-Iskemagħall-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali, li b’kollox hemm 56 attività li qed jibbenefikaw minnha u li se jkunu organizzati minn 49 Kunsill Lokali matul il-perjodu ta’ bejn Diċembru din is-sena u Diċembru tal-2010.
F’kelmtejn, Dr de Marco qal li r-rwoltal-Kunsilli Lokali huwa importanti sabiex il-kalendarju tal-attivitajiet – mhux biss għall-Maltin u l-Għawdxin – imma anke għat-turisti, ikun wieħed varjat, kemm fit-tip ta’ attivitajiet li jsiru, kif ukoll fuq il-medda ta’ żmien li jsiru. Huwa saħaq li dan jgħin sabiex nindirizzaw l-istaġjonalità tal-industrija turistika tagħna u kien għalhekk li saret l-iskema mill-Gvern u l-MTA sabiex tħeġġeġ aktar Kunsilli Lokali jidħlu għall-organizzazzjoni ta’ dan it-tip ta’ attivitajiet.
Huwa qal li meta wieħed iqabbel ma’ pajjiżioħrajn, f’Malta kien jinħass nuqqas ta’ attività pubblika kbira f’Lejliet l-Ewwel tas-Sena, u faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Floriana li qed timla dan il-vojt. Dan irid jitqies fil-kuntest tal-fatt li huwa stmat li f’pajjiżna jkun hawn madwar 27,000 turist waqt l-istaġun tal-festi u huwa importanti li noffru dawn it-tip ta’ attivitajiet.
Tkellem ukoll l-Onor. Said li qal li l-Florianaqed tingħata t-tieni l-akbar ammont ta’ għajnuna finanzjarja għal dawn l-avvenimenti, u dan jixhed li qed tidħol b’impenn u b’serjetà biex torganizza attivitajiet ta’ suċċess li jolqtu l-interess tal-familja kollha u jattiraw udjenzi ġodda.
Dr Said kompla jgħid li din l-attività setkun qed tħalli impatt soċjo-ekonomiku fil-Floriana apparti li tindirizza b’mod speċjali żewg kriterji importanti oħra – dik tal-involviment ta’ numru ta’ stakeholders u kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet oħra tal-lokal, kif ukoll l-iżvilupp tal-lokalità permezz ta’ ideat innovattivi.
F’Diċembru se jkunu qed jittellgħu 9attivitajiet b’kollox li ħadu fondi mill-iskema ta’ għajnuna. Ħamsa minnhom se jkunu qed jiġu organizzati għall-ewwel darba, filwaqt li l-erbgħa l-oħra huma attivitajiet annwali, fosthom l-avveniment taċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fir-Rabat Għawdex, organizzat mill-Kunsill Lokali.
Iż-żewġ Segretarji Parlamentari awguraw kullsuċċess għall-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment uniku fl-aħħar tas-sena.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow