Left arrow Mur Lura

L-AMBAXXATI MALTIN DEJJEM AKTAR IMFITTXIJA MILL-MALTIN BARRA MINN MALTA: 18-IL ELF KUNTATT SAL-AĦĦAR TA’ NOVEMBRU 2009

pr2070
Date Icon 01/12/2009
Sal-aħħar ta’ Novembru, kien hemm iktar minn18-il elf kuntatt bejn ċittadini Maltin u s-27 Ambaxxata li Malta għandha mifruxa madwar id-dinja. Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg qal li jidher li se tkun sena rekord fejn jidħlu l-ammont ta’ kuntatti tal-Maltin mal-Ambaxxati. B’kollox sa issa kien hemm ukoll 550 kuntatt minn investituri barranin mal-Ambaxxati Maltin matul din is-sena.
Dawn iċ-ċifri huma frott il-ħidma li l-Ministerutal-Affarijiet Barranin qed iwettaq biex ikun dejjem iktar qrib iċ-ċittadin Malti, mhux biss f’pajjiżu iżda wkoll barra minn xtutna. F’din il-leġislatura, dan il-Ministeru poġġa fuq quddiem nett ta’ l-aġenda tiegħu l-bżonn li l-Ambaxxati jkunu dejjem iktar qrib tal-Maltin u fl-istess waqt ikunu ta’ vetrina għal pajjiżna fejn jidħol investiment u turiżmu.
Dawn il-kuntatti kienu jirrigwardjaw diversitemi bl-iktar tlieta komuni jkunu telf ta’ passaporti, dokumenti jew flus waqt vaganza, problemi ta’ vjaġġar kif ukoll problemi ma’ forzi tas-sigurtà ta’ dak il-pajjiż partikolari.
Din il-ħidma qed tisseddaq bix-xogħoldiplomatiku li l-Ministeru qed iwettaq; ta’ min ifakkar li  fl-ewwel tmintax-il xahar ta’ din il-leġislatura ġew iffirmati għadd kbir ta’ ftehim ma’ diversi pajjiżi. Fosthom ta’ min isemmi l-14-il ftehim mill-ħelsien tat-taxxa doppja. Dawn jgħinu sabiex ikompli jitkattar l-interess għall-investiment f’pajjiżna.
Dwarl-investiment, ta’ min isemmi l-ħidma li qed iwettqu l-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin barra minn Malta, fejn fost l-oħrajn qed ikunu vitali biex jattiraw investiment ġdid bil-kuntatti li huma jkollhom. L-investiment li tħabbar mill-Prim Ministru ftit tal-ġranet ilu li se jsir mill-SR Technics f’Malta u li se joħloq ‘il fuq minn 350 impjieg ġdid f’pajjiżna, huwa eżempju tal-kollaborazzjoni u s-sinerġija li teżisti bejn l-ambaxxati Maltin, f’dan il-każ, il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra u s-setturi Maltin li għandhom x’jaqsmu mal-investiment.
Matul l-2009 il-Ministeru tal-AffarijietBarranin saħħaħ ir-rwol tiegħu bħala għodda f’idejn l-investituri Maltin u barranin biex jiffaċilita l-investiment dirett barrani f’pajjiżna, u jkun ukoll ta’ għajnuna għan-negozjanti u l-professjonisti Maltin li jixtiequ jkabbru n-negozju tagħhom barra minn Malta. Dan għamlu billi mhux biss organizza delegazzjonijiet u żjarat kummerċjali, iżda wkoll fassal politika ewlenija biex jindirrizza l-bżonnijiet f’dan is-settur.
Il-koordinament u s-sinerġija fil-qasamtal-investiment u l-kummerċ isir mill-qrib ukoll mal-Malta Enterprise, il-Finance Malta u l-Kamra tal-Kummerċ.
Din is-sinerġija dehret biċ-ċar matul dinis-sena fejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, flimkien mal-Malta Enterprise, organizza tliet żjarat kummerċjali fejn delegazzjoni akkumpanjat lill-President ta’ Malta fiż-żjarat statali. B’kollox matul din il-leġislatura kienu erbgħa d-delegazzjonijiet kummerċjali li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin organizza: fil-Portugall, fl-Ukraina, fil-Polonja u fil-Qatar.
Din is-sena kienet waħda impenjattivafir-rigward ta’ l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti importanti fosthom il-ftuħ tal-Uffiċċju ta’ Koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Lega Għarbija li nfetaħ fl-ewwel ġimgħat ta’ Ottubru. Uffiċċju li ta riklam tajjeb lil Malta speċjalment bil-preżenza tal-Kummissarju Ewropew Benita Ferrero Waldner u tal-President tal-Lega Għarbija Amre Moussa.
Suċċess ieħor għal pajjiżna, u li għalihil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħadem bis-sħiħ, huwa li pajjiżna ntgħażel mill-Istati Membri Ewropej sabiex jospita l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn dwar l-Ażil. Malta kienet fost 3 pajjiżi li wrew interess li jospitaw dan l-uffiċċju flimkien mal-Bulgarija u ma’ Ċipru. Malta għamlet l-aħjar użu mill-kuntatti diplomatiċi tagħha, fosthom l-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin li ħadmu bis-sħiħ għal din il-kisba. Kien strumentali wkoll ir-rwol tar-Rappreżentant Permanenti għall-Malta fl-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana li kien il-koordinatur ta’ din il-ħidma.
Din is-sena, f’Malta ġiet organizzata wkollil-Konferenza tal-Konsli Onorarji li jirrappreżentaw lill-pajjiżna barra minn xtutna. F’Marzu l-Ministeru laqqa’ madwar tmenin Konslu Onorarju u negozjanti Maltin fejn ġew organizzati aktar minn erba’ mitt appuntament bil-għan li jiġu identifikati swieq partikolari.
Matul is-sajf saret il-Laqgħa Annwalital-Ambaxxaturi Maltin barra minn Malta. Fiha l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ta direzzjoni ċara li dawn għandhom iservu ta’ vetrina għall-Malta fil-qasam tal-investiment u t-turiżmu.

Għal aktar tagħrif dwar il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-ħidmiet tiegħu, kif ukoll għal informazzjoni dwar l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta, wieħed jista’ jaċċessa s-sit tal-Ministeru www.foreign.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow