IL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI F’LAQGĦAT MAL-PRIM MINISTRI TAL-FINLANDJA U L-LATVJA U MAL-KANĊILLIER AWSTRIJAK
pr2068
01/12/2009
| Dalgħodu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħalla | Malta għall-Finlandja fejn illum se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Finlandja Matti Vanhanen. Hu se jiltaqa’ wkoll mal-President tal-Finlandja Tarja Halonen. |
| L-Erbgħa se jiltaqa’ mal-Prim Ministru | tal-Latvja Valdis Dombrovskis, f’laqgħa li se ssir fil-Latvja. Il-Ġimgħa l-Prim Ministru se jiltaqa’ mal-Kanċillier Awstrijak Werner Faymann. |
| Il-Prim Ministru qed imexxi delegazzjoni li | tinkludi lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, il-Kap tal-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Edgar Galea Curmi u l-Kap tal-Komunikazzjoni Gordon Pisani. |
| Il-Prim Ministru u d-delegazzjoni Maltija | mistennija lura Malta nhar il-Ġimgħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990