Il-Mellieħa tikseb l-ewwel post fl-Inizjattiva ‘Lokalitajiet Indaf’
pr2067
30/11/2009
| Il-Kunsilli | Lokali tal-Mellieħa, Żejtun, Nadur u Isla llum ġew ippremjati €60,000 bejniethom mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Chris Said, għall-inizjattivi marbuta mal-indafa fil-lokalitajiet tagħhom. L-ewwel post inkiseb mil-lokalità tal-Mellieħa. |
| L-inizjattiva ‘Lokalitajiet Indaf’ ġiet imnedija | fil-bidu ta’ Awwissu mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. Għal dan il-premju pparteċipaw 60 Kunsill Lokali, jiġifieri 88% tal-Kunsilli Lokali. |
| Chris Said | stqarr li din il-Kampanja ta’ tindif ġiet imnedija iex tinħoloq kuxjenza dwar l-importanza tal-indafa fil-lokalitajiet kollha u b’hekk, jekk kull lokalità tagħmel l-għalmu tagħha tkun qed twassal biex il-pajjiż kollu jinżamm nadif. Din il-kampanja tixhed ukoll li f’pajjiżna sar progress kbir f’dik li hi indafa pubblika, u parti essenzjali minn dan il-progress hu mertu tax-xogħol li jagħmlu l-Kunsilli Lokali kemm ilhom imwaqqfa’, qal is-Segretarju Parlamentari. Dan il-progress sar permezz ta’ kampanji edukattivi fil-lokalitajiet dwar l-indafa, bis-sistemi ta’ ġbir ta’ skart, bis-sistema ta’ bring-in sites u l-aktar bis-separazzjoni tal-iskart li issa jidher li daħal b’mod regulari f’kull lokalità. |
| L-inizjattivi tal-Kunsilli Lokali tkejlu fuq 10 | kriterji, fosthom l-indafa ġenerali fil-lokalità; attività ta’ tindif bis-sehem tar-residenti u għaqdiet mhux governattivi lokali; l-indafa fil-Playing Fields u ġonna pubbliċi; kif ukoll ideat innovattivi dwar kif tinżamm l-indafa fil-lokalità u jitwassal messaġġ lir-residenti biex jaħdmu favur l-indafa. |
| 56 Kunsilli Lokali qabżu l-50% tat-total kollu | tal-marki waqt li 7 Kunsilli qabżu l-75% tal-marki, u dan ifisser li b’mod ġenerali l-livell tal-indafa tal-maġġoranza tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin huwa sodisafċenti ħafna, kompla jgħid Chris Said. Hu rrimarka li l-Bord tal-Evalwazzjoni nnota li l-biċċa l-kbira tal-Kunsilli Lokali ħadu l-parteċipazzjoni tagħhom bl-akbar serjetà u wrew interess, impenn u entużjazmu. |
| Is-Sindku | tal-Mellieħa Robert Cutajar stqarr li dan huwa unur li jikkumplimenta l-premju li rebħet il-lokalità tal-Mellieħa bħala destinazzjoni ta’ eċċellenza mill-Kummissjoni Ewropea. Hu rringrazzja lill-komunità kollha Melliħija tal-impenn tagħha, li tinkludi lill-għaqdiet tal-lokal, il-kuntratturi tal-Environmental Landscape Consortium, id-dipartiment tal-Public Cleansing, il-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u u l-kuntratturi tal-Kunsill tal-Mellieħa. Is-Sindku rringrazzja wkoll lill-wardens u lill-pulizija li jgħinu fl-infurzar lokali fil-Mellieħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990