IL-FONDAZZJONI OASI TIPPREMJA LIL ŻAGĦŻUGĦA MINN ĦAL TARXIEN
pr2066
30/11/2009
| Sarah Caruana, żagħżugħa ta’ 25 sena minn Ħal | Tarxien, ġiet maħtura ambaxxatriċi taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għas-sena 2009, waqt ċerimonja li saret f’Għawdex u li ġiet imtellgħa mill-Fondazzjoni OASI. |
| Dan l-unur jingħata kull sena waqt ċerimonja | annwali li ssir bil-għan li tagħti għarfien għas-sehem qawwi taż-żgħażagħ fil-qasam tal-volontarjat, kif ukoll biex tipproġetta immaġini pożittiva taż-żgħażagħ ta’ żminijietna. Il-Fondazzjoni OASI ilha torganizza l-Premju Żagħżugħ/a tas-Sena għal dawn l-aħħar sbatax-il sena, fejn tilqa’ nominazzjonijiet għal żgħażagħ ta’ bejn is-16 u d-29 sena. Din is-sena kien hemm seba’ nominazzjonijiet eliġibbli, li kollha ġew mogħtija trofew bħala rikonoxximent tax-xogħol volontarju li jwettqu fi ħdan diversi għaqdiet f’Malta u Għawdex. Sarah Caruana ġiet innominata minn Josef Debono, mill-Kappillan ta’ Ħal Tarxien Rev. Ruben Deguara u minn Paul Farrugia, għal ħidma tagħha maż-żgħażagħ b’mod partikolari fil-grupp ZAK tal-lokalità tagħha. |
| Il-Fondazzjoni OASI taħdem bil-għan li tgħin lil | dawk li waqgħu f’xi vizzju fosthom dak ta’ l-alkoħol u d-droga. Barraminnhekk, din il-fondazzjoni tfittex ukoll li tgħallem permezz ta’ edukazzjoni preventiva, kemm fost it-tfal u żgħażagħ, kif ukoll f’ambjenti adulti. Din il-fondazzjoni tiddependi wkoll minn donazzjonijiet u xogħol volontarju biex tkun tista’ tkompli twettaq ix-xogħol impenjattiv u utli tagħha b’risq is-soċjetà Maltija u dik Għawdxija. |
| Waqt serata mtellgħa għall-okkażjoni, li kienet | ippreseduta mill-Aġent President, is-Sur Anton Tabone, tkellem il-fundatur u direttur tal-Fondazzjoni OASI, ir-Rev. Dun Manwel Cordina. |
| L-Aġent President Anton Tabone qal li ilu | sbatax-il sena jattendi għal din iċ-ċerimonja sabiħa fejn jingħata ġieħ lil dawn iż-żgħażagħ li jiddedikaw il-ħin tagħhom lill-komunità b’tant impenn. L-Aġent President qal li dan huwa eżempju ta’ kemm hu sabiħ li tagħti mingħajr ma tistenna lura u sostna fuq kemm huwa ta’ valur illi s-sodisfazzjon li wieħed jagħti mingħajr ma jirċievi. Huwa awgura lir-rebbieħa sabiex tkompli tissokka bil-ħidma tagħha. |
| Tkellmet ukoll il-Ministru għal Għawdex, l-Onor | Giovanna Debono, fejn wara li ferħet liż-żgħażagħ nominati għal dan il-premju għal din is-sena, semmiet ukoll lil mijiet ta’ żgħażagħ oħrajn li permezz tax-xogħol volontarju, jagħtu kontribut siewi lis-soċjetà. Hija faħħret ukoll l-impenn ta’ dawk kollha involuti f’din il-fondazzjoni, li permezz tax-xogħol tagħhom fost dawk li għandhom problemi, qegħdin jixdhu b’mod konkret li l-ħajja hija vera sabiħa. Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif il-qasam soċjali huwa komponent ewlieni tal-viżjoni Eko-Għawdex li tfittex li tippromwovi soċjetà li tindokra lil kulħadd biex finalment il-gżira ta’ Għawdex tkun tista’ toffri kwalità ta’ ħajja aħjar. L-impenn ta’ żgħażagħ b’risq sħabhom jew nies li għandhom bżonn l-għajnuna, huwa impenn li jirriżulta f’titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħhom u ta’ l-oħrajn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990