Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JINAWGURA WIRJA TA’ PITTURA U OĠĠETTI TA’ VALUR LI SER JIĠU IRKANTATI B’RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr2064
Date Icon 30/11/2009
Il-President George Abela dalgħodu inawguraesibizzjoni ta’ pittura, skultura u oġġetti oħra li ser jiġu rkantati nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2009 fil-Palazz San Anton fit-tmienja ta’ filgħaxija. L-inawgurazzjoni saret dalgħodu fil-Berġa tal-Italja.
Waqt il-ftuħ ta’ din il-wirja, il-PresidentAbela, li kien akkumpanjat minn Dr. Mario de Marco, Segretarju Parliamentari għat-Turiżmu, tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fir-Renju Unit din il-ġimgħa fejn flimkien mas-Sinjura Abela żar u ltaqa ma’ pazjenti Maltin rikoverati fl-Ingilterra kif ukoll mal-familjari tagħhom.  Iddeskriva din l-esperjenza bħala waħda ta’ niket u ta’ ferħ għaliex filwaqt li ltaqa’ ma’ każijiet koroh ta’ tfal żgħar rikoverati u żgħażagħ bi problemi serji ta’ mard, iltaqa’ wkoll ma’ stejjer ta’ suċċess ta’ pazjenti li qed jirrispondu tajjeb għall-kura medika li qed tingħatalhom.  Il-President qal li l-irkant b’risq il-Malta Community Chest Fund hija attività oħra li tista’ twassal sabiex dawn in-nies jgħixu ħajja aħjar, u appella lil dawk in-nies li għandhom interess fl-arti sabiex jipparteċipaw u jiftakru fl-għan nobbli ta’ dan l-irkant.
Waqt l-inawgurazzjoni, il-President George Abelarringrazzja lill-artisti kollha li pparteċipaw u li taw fost l-aqwa xogħlijiet artistiċi tagħhom, lis-Sur Peter u Alaine Apap Bologna ta’ pittura li taw b’donazzjoni, kif ukoll lis-Sur Emmanuel Azzopardi, Victor Azzopardi Jewellers u Diamonds International li taw kontribuzzjoni f’oġġetti ta’ valur li ser ikunu wkoll irkantati. Il-President irringrazzja lil dawk l-artisti kollha li xtaqu jipparteċipaw iżda li sfortunatament ma setgħux ikunu inklużi minħabba l-ħin limitat tal-irkant.  Il-President irringrazzja lill-kumitat organizzattiv immexxi minn Dr. Pascal Demajo, lid-Direttur Ġenerali (Informazzjoni, Gvern Lokali u Konsultazzjoni Pubblika) is-Sur Martin Bugelli u l-ħaddiema tad-DOI u l-Istamperija tal-Gvern li pproduċew katalogu mill-isbaħ bl-informazzjoni kollha fuq l-artisti u l-oġġetti li ser ikunu rkantati.  Wera ukoll l-apprezzament tiegħu lill-impjegati ta’ Heritage Malta li ħadu ħsieb sabiex il-wirja tkun ippreżentata b’mod mill-iktar attraenti, kif ukoll lis-Sur Joseph Gauci ta’ Picturehouse tal-Iklin li ħa ħsieb il-frames tal-biċċa l-kbira tal-pittura esebita.

L-esibizzjoni fil-Berġa tal-Italja, fi Strada Merkanti se tkun miftuħa kuljum mit-tmienja sal-ħamsa, barra s-Sibt u l-Ħadd, kif ukoll nhar it-8 ta’ Diċembru (festa pubblika) sa nofsinhar.  Dawk li jixtiequ jattendu għall-irkant fil-Palazz ta’ San Anton jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ donazzjoni ta’ 25 Ewro fl-Uffiċini tal-Malta Community Chest Fund fil-Palazz il-Belt Valletta jew fil-Berġa tal-Italja fi Strada Merkanti. Ta’ min jgħid li l-irkant ser isir mis-Sur Joseph Sammut filwaqt li s-serata ser tinkludi ukoll Champange reception. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 99874068 jew jidħol fis-sit: www.maltacommunitychestfund.org

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow