STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
pr2062
29/11/2009
| Saret drawwa ta’ kull nhar ta’ ħadd li l-Kap ta’ | l-Oppożizzjoni Joseph Muscat jagħmilha biss ta’ messaġġier. |
| L-istess Kap ta’ l-Oppożizzjoni issa qed jeħodha | kontra l-Ministru Austin Gatt għax wara l-allegazzjonijiet li saru nhar il-Ġimgħa li għadda, talab lill-kumpanija BWSC tispjega x’inhuma li dawn l-allegazzjonijiet humiex minnhom jew le. Joseph Muscat qed jeħodha bi kbira u qed jagħmel issue għax il-Ministeru kien trasparenti u ippubblika l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn iż-żewġ partijiet min-nhar il-Ġimgħa ‘l hawn. |
| Mhux | hekk biss imma f’siegħa sħiħa jitkellmu dwar l-istess suġġett, kemm il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kif ukoll id-Deputat Laburista Evarist Bartolo ippuvaw jirredikolaw lill-Pulizija Daniża u lis-sistema legali Daniża għax skont huma ma jaġixxux u ma jrażżnux il-korruzzjoni. |
| Jekk | verament m’għandux faħam miblul, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u l-Kelliem tiegħu għandhom jressqu wkoll lil min ipprovdielhom l-informazzjoni quddiem l-Awditur Ġenerali – persuni li skont Evarist Bartolo għamlu dan għal ġid tal-pajjiż u għall-ebda raġuni oħra. |
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed jinsa fattur | importanti. L-ebda Ministru mhu responsabbli mix-xiri ta’ powerstation, wisq anqas jiddeċiedi mingħand min għandha tinxtara. Il-proċess irid isir skont il-liġi ta’ Malta. F’dan il-każ seħħ hekk ukoll u meta kien hemm il-perjodu għall-appell ħadd mit-tliet kumpaniji shortlisted m’appella. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990