Inawgurat żewġ swali ġodda għall-Anzjani fl-Isptar Monte Karmeli
Dalgħodu ġew inawgurati żewġ swali ġodda għall-Anzjani fl-Isptar Monte Karmeli b’investiment ta’ € 1,965,800.
Is-swali San Ġorġ Preca u Santa Bernardetta ġew miftuħa mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ Hon Mario Galea, li spjega li anke f’dan il-proġett bini pjuttost qadim inbidel għall-kollox biex issa lest biex jilqa fiħ 63 anzjan/a.
Fil-fatt dawn is-swali huma kompletament differenti milli kienu sas-sena li għaddiet. Filwaqt li l-ewwel sular kien iservi bħala sala qadima, is-sular t’isfel kien maħżen u partijiet minnu kienu workshops.
Wara li fl-2006 kien sar proġett simili fis-swali St Jean Antide, li fihom inħoloq post għal 34 sodda ġdida, ġie deċiz li jsir investiment anke f’dan il-bini. L-iskop kien li sezzjoni mill-kumpless Monte Karmeli li kienet pjuttost qadima, titranġa u tibda tintuża għal anzjani li jkollhom bżonn kura fit-tul.
Dan il-proġett huwa mifrux fuq 2 sulari li jipprovdu akkomodazzjoni ta’ 29 sodda fis-sular ta’ fuq u 34 sodda f’dan il-sular, għal total ta’ 63 sodda.
Il-faċilitajiet jinkludu:
- 2 kmamar tal-ikel kbar wahda fuq u l-ohra isfel;
- 2 atriums imdawwla fuq u kuruturi wiesa isfel;
- 2 staff rooms, 2 nursing stations, kamra ghat-tabib u ghall-konsulent;
- 2 treatment rooms, 2 pantries, 2 sluice rooms kif ukoll kmamar ghal-fattigi;
- bitħa mdaqqsa li ġiet modernizzata u issa lesta biex tintuza mir-residenti.
Ittieħdu wkoll diversi miżuri ambjentali li permezz tagħhom se jiġi mħares l-ambjent u wkoll imnaqqsa l-ispejjez kurrenti.
Fost dawn il-mizuri insibu:
- l-użu ta’ ħġieġ doppju magħruf bħal “double galzing” biex iservi ta’ insulation;
- twieqi kbar biex jonqos il-bżonn ta’ dawl artifiċjali fil-ħinijiet tax-xemx;
- l-istallazzjoni ta’ energy saving lights (bozoz li jikkunsmaw ftit dawl)
- l-użu ta’ power factor correction system, (sistema nnovattiva li tirriduċi il-konsum tad-dawl għall-livelli minimi).
- sistema ta’ arja kundizjonata effiċjenti ħafna
Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li dan huwa proġett ieħor li sar b’rispett lejn l-anzjan u li dalwaqt tiġi inawgurata l-blokka l-ġdida fir-residenza San Vinċenz li fiha se tilqa 144 persuna oħra.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990