Id-Dawra ta’ Ġuġinu tieħdu Għawdex ukoll
pr2060
28/11/2009
| Wara | li ilu aktar minn għaxart’ijiem idur fi bliet u rħula f’Malta, Ġuġinu, il-mascot uffiċċjali tal-Kummissarju għat-Tfal, qasam il-fliegu u qatta’ jumejn jiltaqa’ mat-tfal f’Għawdex. Id-Dawra ta’ Ġuġinu qed tiġi organizzata mill-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal f’Malta bħala ċelebrazzjoni ta’ l-għoxrin anniversarju minn meta l-Ġnus Magħquda nediet il-Konvenzjoni dwar id-drittijet tat-tfal. Il-jum li fih ġiet adottata din il-konvenzjoni internazzjonali jiġi ċċelebrat kull sena fil-jum dinji tat-tfal fl-20 ta’ Novembru. |
| L-attività f’Għawdex bdiet il-Ġimgħa filgħodu | fejn ġie organizzat programm interattiv fl-iskola primarja Roża Magro tax-Xewkija. Għal din l-attività attendiet ukoll il-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinjorina Carmen Zammit. It-tfal setgħu jikkomunikaw magħhom u jitgħallmu aktar dwar id-drittijiet kif espressi mill-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda. Huma setgħu wkoll jipparteċipaw f’attivitajiet li kienu jinkludu video, logħob u forum theatre. Tqassam ukoll materjal promozzjonali. |
| Is-Sibt filgħodu, id-dawra ta’ Ġuġinu wasslitu | fin-Nadur fejn tfal minn Għawdex kollu kif ukoll Maltin u barranin li kienu Għawdex setgħu jiltaqgħu miegħu kif ukoll mal-Kummissarju għat-tfal. Ġew organizzati logħob u divertiment li wasslu l-messaġġ dwar id-drittijiet tat-tfal b’mod parteċipattiv. Għal din l-attività attendew ukoll l-Aġent Prim Ministru u Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu u konsultazzjoni pubblika, l-Onor. Chris Said. |
| L-Onor. Giovanna Debono fissret l-importanza ta’ | l-għarfien dwar id-drittijiet fundamentali tat-tfal, fost l-oħrajn dawk relatati ma’ l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ikel, il-protezzjoni u l-opportunità li jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Hija faħħret l-inizjattivi tal-Kummissarju għat-Tfal li fil-programm ta’ attivitajiet li torganizza minn żmien għal żmien, tinkludi wkoll lil Għawdex. Dan jgħin biex it-tfal Għawdxin jaqsmu opportunitajiet u esperjenzi ta’ sħabhom f’Malta. |
| L-Onor Chris Said esprima s-sodisfazzjon tiegħu | li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal qed jaħdem mal-Kunsilli Lokali biex iwassal il-messaġġ dwar id-drittijiet tat-tfal eqreb lejn ir-residenti, speċjalment lejn il-familji fil-lokalitajiet kollha, inkluż f’Għawdex. Ghat-tfal hi okkażjoni sabiħa li l-maskot tagħhom Ġuġinu jżurhom fil-lokalita` tagħhom stess u li jkollhom l-opportunita` jiċċelebraw f’numru ta’ attivitajiet mtella’ apposta għalihom, qal Chris Said. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990