Left arrow Mur Lura

Ċittadinanza Ewropea: Mhux biss Kliem, iżda wkoll Drittijiet Konkreti – Kampanja ta’ Informazzjoni f’Għawdex

pr2059
Date Icon 28/11/2009
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono dalgħodu inawgurat il-kampanja ta’ informazzjoni bit-tema Iċ-Ċittadinanza Ewropea, Mhux biss Kliem, iżda wkoll drittijiet konkreti. Din il-kampanjamnedija mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, qiegħda tiġi organizzata f’Malta mill-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-Kummissjoni Ewropea u ser tkun żaret ħames lokalitajiet ewlenin fosthom il-Belt Victoria f’Għawdex.
L-għan ta’ din il-kampanja huwa li tinformaliċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet tagħhom kif definiti fiċ-Charter tad-drittijiet fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Din il-kampanja li qed tieħu forma ta’ roadshow, diġà żaret ir-Rumanija, il-Ġermanja, il-Bulgarija, is-Slovakkja u s-Slovenja.
Matul il-ġurnata qed isiru sessjonijiet ta’informazzjoni, kif ukoll kwizz interattivi biex iċ-ċittadini Ewropej li jżuruha, jkunu jistgħu jevalwaw l-għarfien tagħhom u fl-istess ħin jitgħallmu dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini Ewropej. Fuq l-istands se jkun hemm ukoll brochures, posters, mini-booklets u materjal promozzjonali ieħor.
Filwaqt li laqgħetdin l-inizjattiva b’sodisfazzjon, l-Aġent Prim Ministru u Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, qalet li attività bħal din isservi biex iċ-ċittadini jsiru jafu aktar mill-qrib il-bidla li ġabet is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Minbarra drittijiet bħala ċittadini Maltin, is-sħubija tagħtna wkoll drittijiet bħala ċittadini Ewropej. “Dan huwa importanti għal kull ċittadin fl-Ewropa iżda għandu valur aktar qawwi fir-rigward ta’ gżira żgħira bħal Għawdex” żiedet tgħid l-Onor. Giovanna Debono. Dan għaliex ċittadinanza Ewropea fissret il-ftuħ ta’ orizzonti ġodda għal dawk li huma opportunitajiet li qabel kienu mxekklin mill-insularità doppja ta’ Għawdex.
Iż-żjajjar tar-roadshowikomplu fil-jiem li ġejjin f’lokalitajiet oħra f’Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow