STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
pr2058
28/11/2009
| Il-Partit Laburista | llum akkuża lill-Pulizija Daniża u lis-sistema legali Daniża li ma jaġixxux u ma jrażżnux il-korruzzjoni. Dan għax il-Pulizija u s-sistema legali Daniżi ma qablux mal-Partit Laburista li l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li għamlu l-bieraħ għandhom xi forma ta’ relazzjoni mar-realtà. |
| Fl-istess stqarrijja | qal li l-fatt li l-Pulizija Daniża ikkonkludew li l-allegazzjonijiet f’ġurnal Daniż li l-BWSC wettqet korruzzjoni ma jfisser xejn. Iżda l-bieraħ il-Partit Laburista qal li l-allegazzjonijiet f’ġurnal Daniż minnhom infushom huma prova inkonfutabbli li l-estensjoni tal-power station ta’ Dellimara fiha l-korruzzjoni. |
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni ma jifhimx kif għall-Partit Laburista, estratt minn ġurnal hi prova ta’ korruzzjoni iżda l-konklużjoni t’investigazzjoni mill-Pulizija Daniża ta’ dak li jgħid l-istess estratt minn ġurnal ma jfissru xejn. |
| Il-Ministeru lanqas | ma jifhem għalfejn il-Partit Laburista qed joġġezzjona li wara l-allegazzjonijiet li għamel il-bieraħ mal-Awditur Ġenerali u mal-istampa, il-Ministeru insista direttament mal-BWSC li jwieġbu l-allegazzjonijiet li saru. |
| Li hu stramb hu li | minkejja li sar kuntatt direttament mal-Partit Laburista kemm mill-BWSC u kemm mill-Ministeru, il-Partit Laburista qed jevita li jiltaqa’ mal-BWSC u jsaqsi l-mistoqsijiet kollha li jixtieq jagħmel. Il-Partit Laburista ħareġ stqarrija u ħeba l-fatt li kien diġà rċieva talba mill-BWSC biex issir laqgħa nhar it-Tnejn stess. Minflok il-Ministeru qed jippubblika (mehmuża) kopja tal-komunikazzjoni mill-BWSC lill-Kap tal-Oppożizzjoni Laburista. |
| Il-Ministeru intant | hu informat li l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali laqa’ t-talba tal-BWSC u se jkun qed jiltaqa’ mal-uffiċċjali ta’ din il-kumpanija nhar it-Tnejn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990