Il-President u S-Sinjura Abela izuru lis-Sorijiet Frangiskani ta’ Londra li f’darhom jilqghu pazjenti Maltin u l-qraba taghhom.
pr2056
28/11/2009
| Nhar il-Hamis | fil-ghaxija, l-President u s-Sinjura Abela waslu Londra fl-ajruport ta’ Heathrow, fejn kienu milqugha mill-Kummissarju Gholi ta’ Malta fl-Ingilterra, l-Ambaxxatur Joseph Zammit Tabona. |
| Mal-wasla taghhom | f’Londra, huma marru fil-post fejn ser joqoghdu, jigifieri fid-dar tas-Sorijiet Frangiskani li jinsabu gewwa Victoria, fejn inghataw merhba sabiha minn din il-komunita. Dawn is-sorijiet ilhom ghal dawn l-ahhar hamsin sena tospita lil dawk il-pazjenti Maltin li jitilghu Londra ghall-kura, kif ukoll lill-qraba taghhom li jkunu qed jakkompanjawhom. Din hija l-ewwel darba li din id-dar qed tilqa fiha lill-President ta’ Malta. Filghaxija, waqt l-ikel flimkien mal-komunita, u l-pazjenti u qraba residenti f’din id-dar, il-President esprima s-sodisfazzjon tieghu illi qed ikollu l-okkazjoni li ihoss l-esperjenza li jghaddu minna huma, daqshekk mill-qrib. |
| Il-Malta Community | Chest, li din is-sena se tkun responsabbli direttament mill-produzzjoni ta’ l-Istrina, dejjem kienet vicin sew ta’ dawk il-pazjenti u l-qraba taghhom li jkollhom bzonn il-kura il-boghod minn xtutna. Il-Malta Community Chest Fund tghin sabiex jittaffew l-ispejjez involuti, meta qraba jakkumpanjaw lil min ikun qieghed isiefer ghall-kura, liema kura gieli ttul ghal bosta xhur u sahansitra f’certi kazi anki snin. Il-bzonnijiet materjali ta’ dawn il-familji huma kbar hafna, apparti mill-fatt li jkunu separati mill-bqija tal-familji taghhom. |
| Matul dawn il-granet, | il-President u s-Sinjura Abela se jkunu wkoll qed jaghmlu zjarat f’diversi sptarijiet f’Londra li jospitaw pazjenti Maltin li jkunu telghu l-Ingilterra ghall-kura, u jiltaqghu ma min qieghed jigi kkurat hemm bhalissa. |
| Din iz-zjara tal-President | u s-Sinjura Abela setghet issir ukoll bl-ghajnuna tal-HSBC Cares For Children Fund. Huma mistennija jirritornaw lura lejn Malta nhar it-Tnejn filghodu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990