Left arrow Mur Lura

MALTA ELETTA FIL-KUNSILL TAL-ORGANIZZAZZJONI MARITTIMA INTERNAZZJONALI

pr2055
Date Icon 28/11/2009
Għas-sitt darba konsekuttiva u għas-seba’darba Malta ġiet eletta fil-kunsill tal-Organizzazjoni Marittima Internazzjonali (IMO). L-elezzjoni saret illum fil-kwartieri ġenerali ta’ din l-organizazzjoni f’Londra matul l-26 sezzjoni tal-Assemblea Generali ta’ l-istess Organizazzjoni. Il-Kunsill ta’ l-IMO huwa l-organu eżekuttiv li għandu l-kompitu li jissorvelja l-operat kollu tal-organizazzjoni.
Dan ir-rizultat huwa prestiġġjuż ħafna għalpajjiżna għaliex jikkonferma li Malta - li għandha waħda mill-għaxar l-akbar reġistri tal-bastimenti merkantili fid-dinja - tgawdi r-rispett tal-komunita’ internazzjonali f’dan is-settur.
Din il-ġimgħa ir-Raprezentant Permanenti ta’Malta ghall-Organizzazjoni Marittima Internazzjonali ndirizza l-Assemblea Ġenerali ta’ l-IMO ghan-nom tal-Onorevoli Austin Gatt, Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, fuq diversi punti u wassal il-messagg ta’ impenn tal-Gvern Malti ghall-ħidma ta’ din l-Organizzazjoni u tenna l-appell li għamel il-Prim Ministru fl-Assemblea Generali tal-Gnus Magħquda ghar-revizjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi Internazzjoni Marittima tal-Gnus Maghquda (UNCLOS).
L-Assemblea Generali hija l-għola organu fihdan l-IMO. Il- membri kollha tal-organizazzjoni jkunu raprezzentati f’din l-Assemblea, li tiltaqa darba kull sentejn u li matula jigu approvati l-programm ta’ hidma għas-sentejn li ġejjin, il-budget u l-arrangamenti finanzjarji kollha ta’ l-organizzazjoni.
Filwaqt li wera s-sodisfazzjon tiegħu għaldan ir-riżultat, il-Ministru feraħ lill-uffiċjali Maltin, mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta u mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għall-ħidma li wettqu li wasslet għal dan is-suċċess u awgura li Malta tkompli tieħu sehem attiv f’dan il-Kunsill biex b’hekk tkompli tikber is-sigurta’ u l-effiċjenza fil-qasam tat-trasport marittimu.
Il-Ministru Austin Gatt kkonkluda billiġedded l-impenn tal-Gvern sabiex l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha fi-settur merkantili sabiex tkompli tikber l-istima li tgawdi Malta fil-qasam Marittimu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow