Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI JINDIRIZZA L-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA

pr2053
Date Icon 27/11/2009
“Iż-żgħażagħmhumiex biss il-ġenerazzjoni tal-futur, iżda huma wkoll riżorsa importanti li tikkontribwixxi għas-soċjetà tal-lum. Dan għandna nżommuh f’moħħna meta nfasslu l-politika.”
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza l-Kunsill tal-Ministri Ewropej tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Kultura.
Dan il-Kunsilltal-Ministri huwa meqjus bħala wieħed kruċjali għal-futur tal-Politika Ewropea dwar iż-Żgħażagħ, hekk kif fih  ġie diskuss il-qafas ta’ kooperazzjoni f’dan is-settur għall-perjodu bejn l-2010 u l-2018. Dan seta’ jsir wara li saret evalwazzjoni tal-qafas ta’ kooperazzjoni li kopra l-perjodu bejn l-2001 u l-2009 u anke saret konsultazzjoni wiesgħa mal-ġenerazzjoni żagħżugħa. Din il-konsultazzjoni wasslet ukoll biex aktar kmieni matul din is-sena ġiet ippubblikata strateġija mill-Kumissjoni Ewropea intitolata “An EU Strategy for Youth – Investing and Empowering”. Fil-fatt dan id-dokument kien bażi soda biex inbena dan il-qafas ġdid ta’ kooperazzjoni.
Il-MinistriEwropej qablu li dak li sar matul l-aħħar snin, wassal biex  inbniet bażi soda f’dan il-qasam u llum grazzi għal-Politika Ewropea, iż-żgħażagħ qed jingħataw aktar importanza fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.
Għaldaqstant danil-qafas ġdid ta’ kooperazzjoni se jwassal għal aktar benefiċċji għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Fost l-għanijiet ewlenin ta’ dan il-qafas hemm dak li jiżdiedu aktar l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fil-qasam edukattiv u fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll se jkompli jemfasizza ċittadinanza attiva, inklużjoni soċjali u solidarjetà fost iż-żgħażagħ.
Minbarra dan,il-qafas ta’ kooperazzjoni se jkun qed jindirizza wkoll tmien oqsma li huma meqjusa importanti: l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xogħol u l-intrapriża, saħħa, parteċipazzjoni attiva, volontarjat, inklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ f’kuntest dinji u l-kreattività u l-kultura.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli semma kif il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ Maltija, se tkun imnedija fil-ġimgħat li ġejjin u se tagħti kontribut biex iż-żgħażagħ jiġu rikonoxxuti dejjem aktar fil-politika kollha tal-Gvern. Hu saħaq li l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ hi mibnija fuq ċiklu ta’ tliet snin, u tenfasizza viżjoni li twassal għat-tisħiħ ta’ mekkaniżmu għall-koordinazjoni u kollaborazzjoni fost dawk li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow