DISKORS TAL-GĦELUQ TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, WAQT IN-NISCO (NATIONAL INFORMATION SOCIETY ADVISORY COUNCIL) – VALLETTA – 27 TA’ NOVEMBRU 2009
pr2049
27/11/2009
| Ftit ġranet ilu ppubblikajna l-iStrategic | Plan tal-MITA. Xtaqna niddedikaw l-aħħar sessjoni tan-NISCO ta’ din is-sena biex naqsmu dan id-dokument mal-membri tan-NISCO li jirrappreżentaw il-Ministeri kollha, l-industrija, il-banek, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-istudenti, eċċ. u niġbru r-rispons u l-kummenti tagħhom. |
| Bħala pajjiż, imxejna b’passi ta’ ġgant | fil-qasam tal-ICT u għandna nqisu ruħna ffortunati komparat ma’ pajjiżi oħra li qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jaddottaw l-ICT minħabba nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u kapital uman. |
| Fejn pajjiżi li għad iridu jiddefinixxu kif ser | jużaw l-ICT għall-iżvilupp ekonomiku u l-innovazzjoni, aħna avvanzajna b’tali mod li ppubblikajna Strateġija Nazzjonali ta’ l-ICT għal darbtejn konsekuttivi u varajna l-maġġoranza tal-inizjattivi tal-ewwel strateġija u qegħdin f’nofs l-implimentazzjoni tat-tieni Strateġija. |
| L-iStrategic Plan tal-MITA huwa mfassal | fuq l-iSmart Island Strategy. Issa nistgħu ngħidu li l-MITA ġiet allinjata mal-politika tal-Ministeru u mal-istrateġija nazzjonali tal-ICT. Wasalna s’hawn għaliex il-Gvern dejjem kellu l-impenn li jinvesti u jiffaċilita t-tkabbir tal-industrija tal-ICT u l-applikazzjonijiet tal-ICT fis-soċjetà. Kien strumentali li l-Gvern iwaqqaf Ministeru tal-ICT għall-ewwel darba fl-2003 u li sena wara sena, parti mill-baġit ikun iddedikat għall-infiq fuq proġetti nazzjonali tal-ICT. |
| L-importanza li l-Gvern ta lis-settur tal-ICT hu | rifless f’kif stabbilixxejna struttura permanenti fil-MITA u l-MCA biex flimkien jaqsmu r-risponsabilità tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ICT. Naħseb li din l-iStrategic Plan tal-MITA hija prova ċara ta’ kif il-MITA aċċettat ir-risponsabilitajiet tagħha u qed tieħu l-azzjonijiet kollha li hemm bżonn. |
| Għal numru ta’ snin twal | il-MITTS ħadet ħsieb tal-infrastruttura tal-Gvern. Bir-risponsabilitajiet il-ġodda, l-status quo huwa ħaġa tal-passat. Huwa inevitabbli li l-MITA bħala organizzazzjoni tgħaddi min-numru ta’ bidliet sabiex tkun tista’ timplimenta l-proġetti b’mod effettiv. Ċertu policies ġodda ġew stabbiliti, bħal pereżempju li l-iżvilupp ta’ applications ikun limitat u li ċertu funzjonijiet ma jibqawx isiru mill-MITA imma jgħaddu għand ic-CIOs. u li l-outsourcing jiżdied. |
| Il-MITA m’hiex il-MITTS, dan | huwa fatt. Qed tevolvi f’organizzazzjoni iktar dinamika u disponibbli minn qatt qabel li sservi l-Gvern kif ukoll li tifrex l-applikazzjoni tal-ICT fis-soċjetà għall-ġid taċ-ċittadin. Ix-xhur li għaddew kienu xhur kritiċi għall-MITA fejn tlestiet l-iStrategic Plan u sar anki xi bdil neċċessarju fl-organizzazzjoni. |
| Xorta waħda x-xogħol baqa’ | għaddej min-naħa tal-MITA. Biss biss ġew ppubblikati numru ta’ tenders importanti għax-xiri ta’ Common Shared Solutions li ser jgħinu lill-Gvern jeżegwixxi ċerta funzjonijiet b’mod iktar effettiv, bħal pereżempju l-Enterprise Information Management Solution, fost oħrajn. |
| Xogħol importanti | ieħor li għamlet il-MITA matul din is-sena kien li tvara 10 eGovernment services. Kif smajtu fl-aħbarijiet il-ġimgħa li għaddiet, irnexxielna nimmiljoraw il-pożizzjoni tagħna fil-benchmarking tal-eGovernment immexxi mill-UE fejn din is-sena ġejna fl-ewwel post. |
| Tajjeb li nsemmi | wkoll li l-MITA ġiet assenjata r-rwol ċentrali li tmexxi l-proġett nazzjonali tal-GIS, u li qed taħdem fuq il-preparazzjonijiet għall-infrastruttura tal-GIS u l-Unified Communications. Minbarra dan il-proġett kritiku, il-MITA ser tkun qed taħdem ukoll sabiex timmiljora l-core information systems tal-Gvern u li tibni clusters ta’ impjegati speċjalizzati f’oqsma speċifiki, bħas-Saħħa u l-Edukazzjoni fost oħrajn, biex il-Gvern ikun servut aħjar u l-għanijiet tal-Gvern jintlaħqu b’mod effiċjenti. |
| Bla dubju l-MITA | għad baqala bosta xogħol x’tagħmel biex nilħqu l-miri ta’ l-iSmart Island Strategy. Sodisfatt bit-tmexxija tal-MITA u kif il-bidla mill-MITTS għall-MITA saret b’mod effiċjenti u intelliġenti. |
| Il-futur tal-MITA | u r-rwol tagħha fis-settur tal-ICT jidher pożittiv. Huwa importanti li r-relazzjoni tajba li stabbilixxa l-Ministeru tiegħi mal-industrija u l-istituzzjonijiet edukattivi jitkompla wkoll mill-MITA għaliex il-miri tal-iSmart Island Strategy jistgħu jintlaħqu bis-saħħa wkoll tal-koperazzjoni tal-istakeholders kollha li qegħdin fis-settur tal-ICT. |
| Għalkemm il-Gvern | diġà jagħmel ħafna, hemm bżonn ta’ iktar koperazzjoni bejn l-istakeholders kollha fis-settur. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990